Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI: Aktar minn 1,800 first-time buyer li xtraw proprjetà fl-2023 japplikaw għall-għotja ta’ €10,000 fuq 10 snin

pr240469
Date Icon 23/03/2024

Dawk il-first-time buyers li xtraw proprjetà fl-2023 jistgħu japplikaw għall-iskema sal-aħħar ta' April 2024

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes ħabbar li sa issa aktar minn 1,800 first-time buyer li xtraw proprjetà fl-2023 applikaw għall-għotja ta' €10,000 fuq 10 snin.

Il-Ministru Roderick Galdes fakkar kif permezz ta' din l-għotja, li kienet wegħda elettorali ewlenija fil-Manifest Malta Flimkien, aktar minn 2,800 first-time buyer li fl-2022, “għamlu pass kuraġġuż u saru sidien ta' darhom," f'Ġunju li għadda, diġà rċevew l-ewwel pagament ta' €1,000 fuq 10 snin u li din is-sena ser jirċievu t-tieni pagament minn għaxra.

“Din is-sena, minn Ġunju li ġej, dawk il-first-time buyers li xtraw proprjetà fl-2023 se jkunu qegħdin jirċievu l-ewwel pagament ta' €1,000 fis-sena għall-10 snin li ġejjin," spjega l-Ministru Galdes.

Il-Ministru enfasizza li din l-għotja, li tagħmel parti mil-lista twila ta' skemi li tamministra l-Awtorità tad-Djar, hija investiment dirett fil-familji u ż-żgħażagħ tagħna, “li huma pijunieri tas-suċċess ekonomiku ta' pajjiżna."

“Wieħed mill-ikbar benefiċċji ekonomiċi ta' din l-iskema huwa l-istabbiltà li pajjiżna għandu fir-rata ta' home-ownership, rata li tlaħħaq it-82% u li hija waħda mill-ogħla rati fost il-pajjiżi Ewropej," temm jgħid il-Ministru Roderick Galdes.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Matthew Zerafa qal li, bħala Awtorità, “kommessi li nibqgħu ninvestu fl-aspirazzjoni taż-żgħażagħ Maltin – dik li jsiru sidien ta' darhom filwaqt li nifhmu dejjem aktar dan is-settur tant importanti permezz tad-data u r-riċerka."

Dawk il-first-time buyers li daħlu fis-settur tal-proprjetà għall-ewwel darba fl-2023 u li għadhom ma applikawx għal din l-għotja għandhom jagħmlu dan mhux aktar tard mill-aħħar ta' April billi jżuru https://bit.ly/Għotja10K.

Preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm ukoll is-Segretarju Permanenti Emanuel Psaila.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI: Aktar minn 1,800 first-time buyer li xtraw proprjetà fl-2023 japplikaw għall-għotja ta’ €10,000 fuq 10 snin
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI: Aktar minn 1,800 first-time buyer li xtraw proprjetà fl-2023 japplikaw għall-għotja ta’ €10,000 fuq 10 snin
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow