Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA: Ix-xogħlijiet fuq ir-riġenerazzjoni tal-bajja tal-Għadira jinsabu fl-aħħar fażi tagħhom

pr240467
Date Icon 23/03/2024

Għaddejjin l-aħħar xogħlijiet fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa, jew kif inhi magħrufa bħala t-Triq tal-Għadira. Dan il-proġett ta' €8 miljun kien jinvolvi l-bini mill-ġdid tat-triq u riġenerazzjoni tax-xatt tul il-bajja.

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett u l-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo żaru l-proġett bi professjonisti minn Infrastructure Malta u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu taw ħarsa lejn ix-xogħlijiet li saru u spjegaw l-aħħar xogħlijiet tal-proġett.

Il-ħidma, li kienet mifruxa fuq tul ta' tliet kilometri fuq il-karreġġjati minn u lejn iċ-Ċirkewwa, bdiet minn ħdejn ir-roundabout tal-Armier sar-roundabout tal-parti t'isfel tal-bajja tal-Għadira. Ix-xogħlijiet inkludew tqegħid ta' servizzi tal-ilma, cables tal-Enemalta, u l-bini mill-ġdid tat-triq. Waqt dawn ix-xogħlijiet, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ħadmet fuq il-bini mill-ġdid tax-xatt, mir-roundabout fejn tibda l-bajja tal-Għadira sal-parkeġġ tal-Armier.

Il-proġett inkluda organizzazzjoni mill-ġdid tat-triq bl-introduzzjoni ta' parkeġġi fuq in-naħa tal-bajja fejn ikun hemm ħafna attività, b'hekk jonqos l-ammont ta' nies li jkollhom bżonn jaqsmu l-karreġġjati bil-mixi. Il-proġett kollu jinkludi l-introduzzjoni ta' infrastruttura pedonali tul il-proġett kollu, iżjed sigurtà għal din iż-żona ffrekwentata ħafna minn mijiet t'eluf ta' persuni kull sena.

Il-Ministru Bonett innota kif matul l-aħħar xhur, issa li l-proġett wasal fl-aħħar fażi tiegħu, mijiet ta' persuni qed iżuru kuljum din iż-żona biex jimxu mal-promenade, anke fix-xhur tax-xitwa hekk kif b'dan l-investiment iż-żona tal-Għadira għandha l-potenzjal tkun destinazzjoni li tista' titgawda matul is-sena kollha.

“Dan il-proġett se jingħaqad max-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa fit-triq taċ-Ċirkewwa biex intejbu il-konnettività lejn il-vapur t'Għawdex. Dan jixhed l-investiment li l-Gvern qed jagħmel fil-prodott turistiku tiegħu, u għalhekk ser inkomplu naħdmu sabiex l-infrastruttura tikkumplimenta n-numri rekord ta' turiżmu li qed ikollu pajjiżna," qal il-Ministru  Bonett..


Il-Ministru Clayton Bartolo rrimarka kif dan il-proġett jimxi id f'id mal-ħsieb tal-Gvern li nagħmlu l-qabża li jmiss billi jkollna prodott ta' kwalità ogħla fuq kull livell speċjalment dak turistiku. “Dan il-proġett ser jibdel ix-xatt tal-Għadira għal wieħed li jkun iżjed aċċessibbli kemm għal familji Maltin u Għawdxin iżda anke għat-turisti li jżuru din iż-żona matul is-sena kollha," qal il-Ministru Bartolo.

It-tekniċi spjegaw li x-xogħlijiet issa huma ffukati fil-parti ta' ħdejn ir-roundabout li tagħti lejn l-Għadira. Bħalissa qed jiġu mgħoddija l-aħħar servizzi tal-ilma, isir xogħol fuq il-promenade, jingħata l-aħħar saff t'asfalt u xogħol ta' tisbiħ. Għalhekk issa x-xogħlijiet huma ffukati fuq l-aħħar parti tal-promenade fil-parti ta' ħdejn ir-roundaboutta' tarf il-bypass tal-Mellieħa. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA: Ix-xogħlijiet fuq ir-riġenerazzjoni tal-bajja tal-Għadira jinsabu fl-aħħar fażi tagħhom
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA: Ix-xogħlijiet fuq ir-riġenerazzjoni tal-bajja tal-Għadira jinsabu fl-aħħar fażi tagħhom
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA: Ix-xogħlijiet fuq ir-riġenerazzjoni tal-bajja tal-Għadira jinsabu fl-aħħar fażi tagħhom
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA: Ix-xogħlijiet fuq ir-riġenerazzjoni tal-bajja tal-Għadira jinsabu fl-aħħar fażi tagħhom
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA: Ix-xogħlijiet fuq ir-riġenerazzjoni tal-bajja tal-Għadira jinsabu fl-aħħar fażi tagħhom
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow