Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Konnessjonijiet ta’ cables u substations ġodda biex tissaħħaħ in-network tal-elettriku f’Għawdex

pr240461
Date Icon 22/03/2024

Enemalta qed taħdem biex tkompli ttejjeb il-kwalità tas-servizzi tal-elettriku tagħha f’Għawdex, b’konnessjonijiet ta’ cables ġodda, substations ġodda u xogħlijiet oħra ta’ titjib fin-network.

Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Miriam Dalli u l-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri ddiskutew il-proġetti tad-distribuzzjoni tal-elettriku li għaddejjin f’Għawdex waqt li kienu qed jiltaqgħu mal-ħaddiema ta’ Enemalta waqt xogħlijiet ta’ tqegħid ta’ cables fin-Nadur. Iż-żewġ ministri ltaqgħu ukoll ħaddiema oħra fl-uffiċini tal-Kumpanija fix-Xewkija, Għawdex.

Bħalissa Enemalta qed tqiegħed cables ġodda ta’ 11-il kilovolt taħt l-art fin-Nadur u l-Bajja tax-Xlendi (il-Munxar) bħala parti minn proġett nazzjonali biex iżżid aktar minn 70 kilometru ta’ konnessjonijiet ġodda bejn ċentri tad-distribuzzjoni u substations li jipprovdu l-elettriku lil lokalitajiet differenti madwar il-pajjiż. Il-proġett se jinkludi wkoll xogħlijiet simili fuq cables ġodda fix-Xagħra, li se jibdew fix-xhur li ġejjin.

Permezz ta’ dawn il-konnessjonijiet ġodda, Enemalta qed iżżid il-kapaċità, ir-reżiljenza u l-flessibbiltà tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku, biex tnaqqas ir-riskju ta’ interruzzjonijiet fin-network filwaqt li tnaqqas il-ħin li fih tingħata lura l-provvista meta jinqalgħu diffikultajiet bħal dawn.

Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li dan it-titjib huwa essenzjali fil-ħidma lejn servizz tal-elettriku ta’ kwalità ogħla għall-familji u n-negozji f’Għawdex. “Il-cables ġodda qed iżidu aktar konnessjonijiet alternattivi ma’ dawk eżistenti li jipprovdu l-elettriku lil partijiet differenti ta’ din l-Gżira. Enemalta qed tiżviluppa wkoll substations ġodda u tagħmel xogħlijiet ta’ tisħiħ f’ħafna oħrajn eżistenti,” qalet il-ministru.

“Qed ninvestu wkoll f’sistemi ta’ awtomazzjoni li jippermettu lill-inġiniera u t-tekniċi tan-network biex jikkontrollaw substations b’mod remot, miċ-Ċentru tal-Kontroll tan-Network fil-Marsa. B’hekk, ikunu jistgħu jintervjeni aktar malajr meta jinqalgħu emerġenzi tan-network li jaffettwaw il-provvista lill-klijenti. Terz tas-substations f’Għawdex huma diġà mgħammra b’sistemi ta’ awtomazzjoni u diversi oħrajn se jiġu msaħħa b’din it-teknoloġija fix-xhur li ġejjin,” żiedet tgħid Miriam Dalli.

Il-Ministru Clint Camilleri spjega li bħalissa Enemalta għaddejja b’diversi xogħlijiet f’Għawdex biex tissaħħaħ is-sistema tad-dawl fil-gżira Għawdxija. 

“Għaddejjin diversi xogħlijiet fin-Nadur li se jkomplu lejn ix-Xagħra u jinfurzaw ukoll numru ta’ sistemi oħra fil-Qala. Fil-ġranet u l-ġimgħat li ġejjin se tiġi msaħħa wkoll is-sistema tad-dawl f’Marsalforn. Għaldaqstant, permezz ta’ dan ix-xogħol, anki b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, fejn jidħlu resurfacing ta’ toroq ser inkunu għaddejjin b’dawn il-proġetti konġunti sabiex niżguraw li r-residenti f’Għawdex ikollhom sistema u saħħa ta’ dawl aħjar,” qal il-Ministru Camilleri. 

Matul dawn l-aħħar tliet snin, Enemalta żiedet 11-il kilometru ta’ cables ġodda taħt l-art, inklużi konnessjonijiet ta’ cables ta’ 11-il kilovolt bejn substations differenti u ż-żewġ ċentri tad-distribuzzjoni f’Għawdex, kif ukoll cables ta’ 400/230 volt minn substations għal djar u bini ieħor fiż-żoni tal-madwar. Enemalta bidlet jew żiedet ukoll 14-il kilometru ta’ linji, biex tkompli tikkonsolida n-network tagħha fuq din il-gżira.

Żviluppa wkoll 12-il substation ġdid f’Għawdex, filwaqt li 11 oħra ġew imtejba bi transformers u switchgear panels ġodda. Sitt substations oħra ġodda se jiġu kkummissjonati din is-sena.

Iċ-Chairman Eżekuttiv ta’ Enemalta Ryan Fava u uffiċjali oħra tal-kumpanija akkumpanjaw lill-Ministru Dalli u lill-Ministru Camilleri waqt dawn il-laqgħat.

Għal aktar informazzjoni, segwi Enemalta u Sostenibiltà fuq il-mezzi tal-media soċjali.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Konnessjonijiet ta’ cables u substations ġodda biex tissaħħaħ in-network tal-elettriku f’Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Konnessjonijiet ta’ cables u substations ġodda biex tissaħħaħ in-network tal-elettriku f’Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Konnessjonijiet ta’ cables u substations ġodda biex tissaħħaħ in-network tal-elettriku f’Għawdex
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow