Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI: Malta wettqet jew qed twettaq il-maġġoranza tar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tal-GRECO

pr240457
Date Icon 21/03/2024

Il-Gvern jilqa' r-rapport  magħmul mill-Grupp tal-Istati Kontra l-Korruzzjoni magħruf bħala l-GRECO fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa fejn jinnota li Malta wettqet jew qed twettaq il-maġġoranza tar-rakkomandazzjonijiet. Fil-fatt, ir-rapport tal-GRECO jgħid li Malta implimentat jew qiegħda timplimenta 61% tar-rakkomandazzjonijiet. Ir-rapport jittratta dwar il-prevenzjoni tal-korruzzjoni u l-promozzjoni tal-integrità fl-eżekuzzjoni tal-ogħla funzjonijiet eżekuttivi tal-gvernijiet ċentrali u fl-aġenziji tal-infurzar tal-liġi. L-evalwazzjonijiet tal-GRECO jsiru fuq bażi regolari dwar il-pajjiżi kollha li huma membri tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-GRECO.

Ir-rapport tal-GRECO jagħmel diversi rakkomandazzjonijiet lill-pajjiż konċernat sabiex itejjeb is-sistemi legali u amministrattivi tiegħu fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur illi jkun is-suġġett tal-evalwazzjoni. Fost affarijiet oħra r-rapport jinnota li r-rapport tal-GRECO nnota riformi li wettaq il-Gvern favur is-saltna tad-Dritt u l-governanza tajba. Ġie nnutat il-progress fir-rinfurzar ta' diversi uffiċini bħal dak tal-Ombudsman, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika u d-Dipartiment tal-Awditjar Intern u investigazzjonijiet kif ukoll l-implimentazzjoni kontinwa tal-Istrateġija Nazzjonali kontra l-Frodi u l-Korruzzjoni. Ir-rapport jinnota b'sodisfazzjon iż-żieda rekord tal-fiduċja tal-pubbliku fil-Korp tal-Pulizija kif ukoll il-miżuri li ttieħdu biex tissaħħaħ il-politika tal-komunikazzjoni tal-Korp.

Ir-rapport ikkonferma wkoll l-implimentazzjoni u t-tisħiħ ta' programmi ta' taħriġ u miżuri bil-għan li joħolqu kuxjenza fuq l-integrità u l-etika professjonali tal-Korpi Dixxiplinati li l-Gvern f'dawn l-aħħar xhur investa bla preċedent fihom. Il-GRECO kkummenta li jeħtieġ iżjed progress fuq punti oħra, liema punti l-Gvern kommess li jkompli jaħdem fuqhom biex isaħħaħ l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow