Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI: Il-Malta Business Registry bi pjattaforma online ġdida

pr240455
Date Icon 21/03/2024

Il-Malta Business Registry ħabbret il-pjattaforma online li għandha fatturi diġitali ġodda immirati biex jassistu aħjar lin-negozji. Wara xhur ta' preparazzjoni u ttestjar kemm intern kif ukoll ma' partijiet ikkonċernati prinċipali saret il-qalba bejn is-sistema l-antika għal pjattaforma diġitali ġdida mħabbra llum.

Is-sistema hija bbażata fuq teknoloġija blockchain sabiex tiġi żgurata t-trasparenza meta tiġi mqassma informazzjoni. B'hekk ikun qed jinżamm rendikont.

Waqt it-tnedija ta' dan il-proġett, il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri spjega li din is-sistema se tkun qed tgħin lill-professjonisti fis-settur li jieħdu ħsieb in-negozji tal-klijenti tagħhom biex jippreżentaw dokumenti minn Corporate Accounts, jaraw jekk hemmx penali pendenti, kif ukoll ikunu jistgħu jivverifikaw u jemendaw l-informazzjoni meħtieġa b'mod aktar faċli. Din is-sistema tuża wkoll dik imsejħa firma diġitali kwalifikata (qualified digital signature) skont id-direttivi Ewropej li tagħti s-saħħa lill-professjonisti jużaw din il-firma li għandha l-istess validità daqs firma bil-pinna.

Dan kollu qed iwitti t-triq biex fi ftit snin oħra l-entità ssir waħda paperless. Fil-perjodu li s-sistema diġitali ġdida bdiet tintuża bħala prova, diġà ħalliet impatt. Fil-proċess biex tkun inkorporata kumpanija, jekk klijent jagħti l-informazzjoni kollha, kumpanija qed tkun inkorporata f'24 siegħa. Is-sistema ilha miftuħa minn Novembru u f'dan il-perjodu 662 kumpanija ġew inkorporati u mdaħħla 'l fuq minn 80,000 dokument.

Fuq kollox din l-inizjattiva timxi id f'id ma' inizjattiva oħra tal-MBR li se tkun kruċjali biex isaħħaħ il-kompetittività u tnaqqas il-burokrazija, ir-Repożitorju tad-Data Ċentrali (Central Data Repository Solution) sistema li l-entitajiet kompetenti jkollhom sistema waħda ċentralizzata minn fejn jiġbru d-dokumenti fuq kumpanija. Tender għal din is-sistema mistenni joħroġ fix-xhur li ġejjin.

“Intant permezz ta' kumitat immexxi mill-MBR qegħdin nanalizzaw l-Att dwar il-Kumpaniji biex isiru emendi li jirriflettu l-bżonnijiet u l-ħtiġijiet preżenti, inkluż id-diġitalizzazzjoni," qal il-Ministru Silvio Schembri.

Is-CEO u Reġistratur tal-MBR, Dr Geraldine Spiteri Lucas tat spjegazzjoni tal-proċess kif saret il-migrazzjoni tal-informazzjoni minn sistema għall-oħra. “Il-proċess biex inħolqot din il-pjattaforma kien pass kruċjali li għinna nifhmu kif is-servizzi online jistgħu jiġu mtejba għall-ġid tal-klijenti tal-MBR. Li jkollok lill-istakeholders parti minn dan il-vjaġġ hija kruċjali sabiex il-professjonisti jipprovdu l-opinjoni tagħhom u jkunu parti mill-ittestjar kollu. L-ittestjar intern u estern kien segwit minn proċess delikat li huwa l-migrazzjoni tad-data li għaliha l-impjegati tal-MBR kellhom sehem kruċjali biex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel. Fejn wasalna llum, jiġifieri t-tnedija tal- Business Automation Registry Online System (BAROS) li tintroduċi diversi karatteristiċi li jallinjaw mal-viżjoni tal-MBR lejn id-diġitalizzazzjoni kif ukoll li ssir entità paperless, xi ħaġa essenzjali li tnissel bidla fil-kultura," qalet Dr Spiteri Lucas.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI: Il-Malta Business Registry bi pjattaforma online ġdida
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI: Il-Malta Business Registry bi pjattaforma online ġdida
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI: Il-Malta Business Registry bi pjattaforma online ġdida
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow