Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Titnieda n-National Research and Innovation Strategic Plan 2023 – 2027

pr240444
Date Icon 20/03/2024

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti nieda l-istrateġija marbuta mar-riċerka u l-innovazzjoni li se twassal sas-sena 2027. L-istrateġija fiha ħames oqsma ta' prijorità li se jiġu implimentati permezz ta' sinerġija bejn il-gvern, l-akkademja, il-privat u s-soċjetà ċivili.

Dawn il-ħames oqsma huma:

  • Tisħiħ tal-politika u l-prijoritizzazzjoni relatata mar-Riċerka u l-Innovazzjoni.
  • Żvilupp tal-ekosistema lokali tar-Riċerka u l-Innovazzjoni.
  • Aktar sinerġija fir-rigward ta' riċerka u innovazzjoni.
  • L-integrazzjoni tar-Riċerka u l-Innovazzjoni fil-public policy.
  • Tisħiħ tal-istrutturi biex jimplimentaw din l-istrateġija.

Is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti sostna li permezz ta' din l-istrateġija, il-viżjoni tal-Gvern għal dan is-settur hija ċara. “Din l-istrateġija se twassal sabiex inkomplu nrawmu kurżità xjentifika, aktar kollaborazzjoni bejn l-akkademja u l-industrija,  kif ukoll l-integrazzjoni  tal-komunità tar-riċerka lokali ma' dik internazzjonali." 

“Fit-twettiq ta' din l-istrateġija se nkomplu nintegraw ir-riċerka u l-innovazzjoni fil-public policy, se noffru aktar opportunitajiet biex tintuża r-riċerka biex jissaħħu l-policies eżistenti, se noffru aktar opportunitajiet għal inizjattivi interdixxiplinari u kif ukoll aktar opportunitajiet għall-kollaborazzjoni mal-intraprendituri," temm jgħid is-Segretarju Parlamentari.

Is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru Matthew Vella spjega kif waqt l-abbozzar ta' din l-istrateġija ġew ikkunsidrati l-opportunitajiet uniċi għax-xenarju Malti fir-rigward tar-riċerka u l-innovazzjoni, kif ukoll il-kontribut ipprovdut mill-partijiet interessati li fuqhom ġiet stabbilita l-istrateġija. Huwa semma wkoll kif l-istrateġija fiha mekkaniżmi ta' monitoraġġ u evalwazzjoni b'saħħithom li jiżguraw li l-pjan strateġiku jiġi implimentat.

Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) Dr Tonio Portughese stqarr li din l-istrateġija  tistabbilixxi pjan biex pajjiżna jkompli javvanza fir-riċerka u l-innovazzjoni. Huwa żied jgħid li l-MCST se jkun qed jassigura l-implimentazzjoni tal-pjan permezz ta' kooperazzjoni u kollaborazzjoni mal-partijiet kollha interessati.

Id-Direttur tal-Politika u l-Istrateġija tal-MCST Ramona Saliba Scerri tat preżentazzjoni dwar il-proċess li wassal għal dan il-pjan strateġiku kif ukoll l-għanijiet tiegħu. Hija saħqet dwar l-importanza ta' struttura ta' governanza b'saħħitha għall-ekosistema tar-riċerka u l-innovazzjoni.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Titnieda n-National Research and Innovation Strategic Plan 2023 – 2027
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Titnieda n-National Research and Innovation Strategic Plan 2023 – 2027
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Titnieda n-National Research and Innovation Strategic Plan 2023 – 2027
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Titnieda n-National Research and Innovation Strategic Plan 2023 – 2027
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow