Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura l-immodernizzar taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi

pr240441
Date Icon 20/03/2024

Iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Qormi huwa turija kif is-servizz tas-saħħa qegħdin inkomplu nqarrbuh lejn il-familji. Bl-immodernizzar ta' dawn iċ-Ċentri tas-Saħħa u bil-ftuħ ta' community clinics madwar il-pajjiż, qegħdin nagħmlu rivoluzzjoni fil-qasam tal-kura primarja. 

Kien dan il-messaġġ tal-Prim Ministru Robert Abela fl-inawgurazzjoni tal-immodernizzar taċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Qormi, akkumpanjat mill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela. 

F'dan il-lokal, miċ-Ċentru tas-Saħħa, mhux biss jingħata servizz ġenerali ta' kura primarja, iżda ser jingħata wkoll, fost oħrajn, servizz lill-pazjenti speċifikament fuq il-kura tad-dijabete, ċentru speċjalizzat li għall-ewwel darba ser joffri servizz lil persuni bid-dijabete minn tim multi-dixxiplinarju u jingħata care planpersonalizzat fl-istess jum. Ġiet ukoll installata, magna ġdida tal-Xray li tipprovdi riżultati malajr b'kwalità aktar ċara flimkien ma' titjib fl-apparat mediku użat. Biċ-Ċentru tas-Saħħa sar ukoll aktar aċċessibbli, bl-installazzjoni ta' lift u stairlift, aktar effiċjenti u aktar sigur b'control room ġdida. Il-ħaddiema issa għandhom ukoll faċilitajiet fejn jingħataw taħriġ kontinwu. 

Il-Prim Ministru sostna li dan hu li nkunu qegħdin infissru meta ngħidu li qegħdin ninvestu f'komunitajiet aktar b'saħħithom. B'investiment f'kull settur, minn skejjel ġodda u moderni, għal faċilitajiet sportivi għat-tgawdija tal-komunità, komunitajiet aktar siguri, ċentri għall-anzjani  u spazji miftuħa minflok binjiet, għal servizzi tas-saħħa bħal dawk f'Ħal Qormi li huma tal-ogħla livell u b'iktar riżorsi. Dan għaliex bħala Gvern, nemmnu li li m'hemmx komunitajiet ġusti jekk mhux li jieħdu ħsieb il-ħtiġijiet ta' kulħadd. 

Irrimarka kif fis-settur tas-saħħa dan il-Gvern investa u se jkompli jinvesti bil-kbir fiż-żmien li ġej. Matul iż-żjara li kellu f'dan iċ-Ċentru tas-Saħħa, il-ħaddiema esprimew sodisfazzjon għall-fatt li finalment, l-investiment ta' €2.8 miljun li sar għal dan l-immodernizzar, issa ser isarrfuh f'kura aħjar għan-nies. Żied jgħid li dan is-settur bdilnih minn wieħed b'lista limitata ta' mediċini għal żieda fil-mediċini fuq il-formularju tal-Gvern, minn Ċentri tas-Saħħa mitluqa għal Ċentri tas-Saħħa state-of-the-art, minn servizzi li stajt tirċievi biss mill-isptar Mater Dei għal servizzi tefgħa ta' ġebla 'l bogħod minn darek. Community Clinics ġodda madwar il-pajjiż u servizzi ġodda fil-komunità marbuta mas-saħħa mentali. 

Il-Prim Ministru kkonkluda li dan kollu qed isir għax pajjiżna huwa b'saħħtu u kapaċi jsostni l-investiment. 

“Meta nitkellmu b'investiment fin-nies, dan li nkunu qegħdin ngħidu. Pajjiż li kapaċi jinvesti fl-aqwa apparat, fl-aqwa għodda għall-pazjenti tagħna. Fuq kollox pajjiż bl-aqwa professjonisti, minn kirurgi għal tobba u anki infermiera, li qegħdin inkomplu ninvestu fihom, li finalment ifisser li s-servizz ikun aħjar. Għalhekk, b'dak li qegħdin inwettqu flimkien f'dan is-settur qegħdin nassiguraw Malta b'Saħħitha għall-ġid tal-komunità." 

Min-naħa tiegħu l-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela qal kif permezz tar-rinovar li sar fiċ-ċentru tas-saħħa f'Ħal Qormi, issa ser ikunu qed jiġu offruti xejn inqas minn 23 servizz tal-ogħla livell għan-nies li jgħixu f'Ħal Qormi kif ukoll fil-madwar. Spjega kif il-Ministeru qed jaħdem u jesplora toroq ġodda biex ikompli jżid l-aċċessibilità tal-pazjent fil-komunitajiet f'Malta u Għawdex. Sostna li grazzi għal dan l-investiment qed inkomplu naraw l-impenn tal-Gvern li jilħaq kisbiet ta' eċċellenza sabiex jassigura li s-servizzi kollha fil-qasam tal-kura tas-saħħa primarja jkunu tal-ogħla livell u tingħata l-aqwa kwalità possibbli.

Il-programm ta' modernizzazzjoni u titjib fil-kura tas-saħħa primarja u l-kliniċi fil-komunità huwa appoġġjat mill-għotja ta' €10 miljun mill-Fond Soċjali għall-Iżvilupp Nazzjonali (NDSF). 

Akkumpanjaw lill-Prim Ministru u lill-Ministru, is-Sindku ta' Ħal Qormi Josef Masini Vento u l-Kap Eżekuttiv tal-Kura Primarja għas-Saħħa Roseanne Camilleri.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura l-immodernizzar taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura l-immodernizzar taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura l-immodernizzar taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura l-immodernizzar taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow