Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jiġi ffirmat konvenju bil-għan li l-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu AD 1906 ma’ tibqax f’riskju ta’ żgumbrament

pr240439
Date Icon 19/03/2024

Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali daħal f'konvenju mas-sidien tal-sede tal-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu AD 1906 bil-għan li l-proprjetà tinxtara u b'hekk din is-soċjetà mużikali  tiġi protetta minn riskju imminenti ta' żgumbrament. Din l-għaqda kienet f'dan ir-riskju minħabba s-sitwazzjoni legali marbuta mal-liġijiet tal-kera ta' qabel l-1995.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici spjega l-ħidma li qed issir biex jiġu salvati l-każini tal-baned li jinsabu f'riskju ta' żgumbrament u qal li din il-ħidma tieħu importanza ikbar fid-dawl tal-fatt li l-festa Maltija hija issa meqjusa bħala Wirt Intanġibbli tal-Umanità mill-UNESCO.

Il-ministru saħaq li b'dan il-konvenju, il-Gvern qiegħed għal darb'oħra sema' u ddiskuta biex wasal għal soluzzjoni u aġixxa korrettament kemm mas-sidien u kif ukoll mas-soċjeta' mużikali nnifisha. Huwa spjega li fil-mument li jsir il-kuntratt finali, din il-proprjetà se tingħaqad mal-portafoll ta' proprjetajiet li huma lkoll sede ta' soċjetajiet mużikali li qed jiġu mmaniġġjati minn sezzjoni apposta  fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti.  

L-investiment li l-Gvern alloka għall-akkwist ta' din il-proprjetà huwa ta' aktar minn €2.8 miljun.

B'kollox huma ħamsa, is-sede ta' soċjetajiet mużikali li nxtraw mill-Ministeru b'sebgħa oħra, li jinkludu dak mal-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu AD 1906, jinsabu fuq konvenju.

Meta jsiru l-akkwisti rispettivi, l-investiment totali biex jiġu salvati dawn is-soċjetajiet mużikali se jkun qed ilaħħaq id-€19-il miljun.

Id-Direttur għall-Affarijiet Korporattivi, Eric Fenech Sevasta stqarr li “Dan l-investiment huwa parti minn katina ta' inizjattivi simili li għandhom l-għan li jseddqu l-komunitajiet u t-tradizzjonijiet li jagħmluna Maltin, dejjem b'mod sostenibbli."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jiġi ffirmat konvenju bil-għan li l-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu AD 1906 ma’ tibqax f’riskju ta’ żgumbrament
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jiġi ffirmat konvenju bil-għan li l-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu AD 1906 ma’ tibqax f’riskju ta’ żgumbrament
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jiġi ffirmat konvenju bil-għan li l-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu AD 1906 ma’ tibqax f’riskju ta’ żgumbrament
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow