Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ftehim soċjali għat-tisħiħ ta’ servizzi li jintegraw lura fil-komunità lill-priġunieri

pr240438
Date Icon 19/03/2024

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal estenda ftehim soċjali illi kellu mal-Fondazzjoni Rise sabiex filwaqt li ikompli jingħata s-servizz lil priġunieri rġiel biex jintegraw lura fil-komunità, jibda jingħata servizz ġdid f'residenza li tilqa' nisa priġunieri li jkunu qegħdin jiskontaw l-aħħar parti tas-sentenza tagħhom. L-ewwel residenza tat-tip tagħha f'pajjiżna, u li se sservi biex dawn in-nisa jintegraw lura fis-soċjetà.

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon qal li l-finanzjament għaż-żewg ftehimiet huwa ta' madwar miljun ewro, fuq medda ta' tliet snin.

“Qegħdin naraw illi noffru servizz 24 siegħa kuljum, residenzjali u anke day community-based care sabiex jgħinu b'mod fiżiku, spiritwali, soċjo-legali, u minn aspetti psikologiċi lill-priġunieri," stqarr il-ministru.

Min-naħa tiegħu, iċ-Chairperson tar-Rise Charles Mifsud, sostna li dan il-programm huwa offrut lil persuni bil-parole u li jkunu qed isegwu programm residenzjali. Dan billi fl-aħħar xhur tas-sentenza tagħhom, priġunieri li juru bidla pożittiva fl-imġieba tagħhom jingħataw ċ-ċans jintegraw fil-komunità, jaħdmu u ma' jkunux ta' piż fuq is-soċjetà iżda jikkontribwixxu wkoll.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ftehim soċjali għat-tisħiħ ta’ servizzi li jintegraw lura fil-komunità lill-priġunieri
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow