Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Malta bi provvista ta’ għajnuna umanitarja għall-poplu Palestinjan f’Gaża

PR240431
Date Icon 18/03/2024

Malta se tibgħat għajnuna umanitarja lill-poplu Palestinjan f'Gaża. Permezz tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili se jintbagħtu provvisti tal-ikel, ilma u mediċini għal poplu li bħalissa qed jaffaċċja diffikultajiet kbar biex jaċċessa dawn ir-riżorsi importanti.

Il-Prim Ministru Robert Abela flimkien mal-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri żaru l-aħħar tħejjijiet tal-operazzjoni fl-istazzjon tal-Protezzjoni Ċivili ta' Ħal Far biex tkun tista' tintbagħat l-għajnuna. Huma ngħataw tagħrif kif permezz tal-ftehim tal-mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili Ewropew, Malta se tkun qed tagħti l-għajnuna biex ikun assigurat li din tispiċċa għand il-poplu Palestinjan f'Gaża.

Il-Prim Ministru Robert Abela rrimarka kif ma' din l-għajnuna tant meħtieġa, Malta tibqa' tkun vuċi favur id-djalogu u l-paċi u tenna l-pożizzjoni ta' pajjiżna favur waqfien mill-ġlied b'mod permanenti. Qal li dik il-vuċi nibqgħu nwassluha f'kull fora lil hinn minn xtutna għax twassal il-ġid għall-umanità. F'Ħal Far qabel titlaq l-għajnuna lejn Gaża, il-Prim Ministru faħħar id-dedikazzjoni fil-ħidma murija mill-uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili li għal darba oħra qed juru dak li jiddefinixxi lil Malta.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Byron Camilleri qal li pajjiżna se jibqa' jkun solidali ma' popli oħra fi żmien diffiċli mhux biss kif sar permezz ta' operazzjonijiet barra minn pajjiżna minn uffiċjali Maltin fit-Turkija, fil-Greċja u fil-Libja, iżda wkoll b'għajnuna mibgħuta kif se jseħħ issa. Il-ministru temm jgħid illi Malta ser tibqa' tkun l-għodda għall-paċi u għall-għajnuna umanitarja u mhux għall-gwerra.

Preżenti kien hemm ukoll l-Ambaxxatur Palestinjan għal Malta Fadi Hanania, li rringrazzja lill-Gvern Malti tal-kontribut tiegħu mhux biss favur il-paċi iżda wkoll f'għajnuna umanitarja u solidarjetà.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Malta bi provvista ta’ għajnuna umanitarja għall-poplu Palestinjan f’Gaża
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow