Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI: 14-il avukat ġdid u 2 prokuraturi legali ġodda jingħataw il-warrant

PR240426
Date Icon 16/03/2024

Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard ippreżenta l-warrants lil 14-il avukat u 2 prokuraturi legali wara li wrew il-kompetenza tagħhom li jeżerċitaw il-professjoni legali.

F’ċerimonja fi Spazu Kreattiv, il-ministru awgura lill-avukati l-ġodda filwaqt li saħaq li huwa d-dmir tagħhom li jiggarantixxu aċċess għall-ġustizzja u rappreżentanza legali tajba lil kull ċittadin. Qal ukoll li għandhom iwettqu dmirhom bis-serjetà u b’rispett sħiħ lejn il-kostituzzjoni, il-liġijiet u r-regolamenti kollha tal-pajjiż.

“Pajjiżna għaddej minn numru sostanzjali ta’ riformi fis-settur tal-ġustizzja li jindirizzaw varji setturi inkluż il-proċedura fil-kamp kriminali b’mod partikolari il-kumpilazzjonijiet, l-inkjesti maġisterjali u l-Qorti tad-Droga, ser tkun qed tiddaħħal aktar speċjalizzazjoni bil-ħolqien ta’ Qorti Kummerċjali u fil-ġimgħat li ġejjien ser tkun imnedija għall-konsultazzjoni pubblika riforma fis-settur tal-Qorti tal-Familja. Dawn kollha flimkien ma aktar inizjattivi huma intenzjonati biex ikollna sistema ġudizzjarja aktar effiċjenti u effettiva,” qal il-ministru.

Huwa rringrazzja wkoll lil dawk kollha nvoluti fil-proċess tal-warrant, mhux lanqas il-Ġudikatura u l-Kumitat tal-Avukati u Prokuraturi Legali.

Għal din iċ-ċerimonja kien hemm preżenti wkoll l-Avukat Ġenerali Dr Victoria Buttiġieġ u s-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Johan Galea.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI: 14-il avukat ġdid u 2 prokuraturi legali ġodda jingħataw il-warrant
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI: 14-il avukat ġdid u 2 prokuraturi legali ġodda jingħataw il-warrant
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow