Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Riforma importanti favur kwalità fis-settur tat-temping agencies

pr240422
Date Icon 16/03/2024

Il-proċess fit-twettiq tal-liġi li tirregola t-temping agencies, l-aġenziji li jġibu l-ħaddiema barranin jaħdmu f'pajjiżna, għaddej b'ritmu tajjeb ħafna.

Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul meta indirizza laqgħa ta' informazzjoni għall-operaturi ta' dawn l-aġenziji, f'Dar il-Mediterran fil-Belt Valletta. Din il-laqgħa saret hekk kif mill-bidu tax-xahar li ġej ser jibdew joħorġu l-ewwel liċenzji lill-operaturi tal-aġenziji tax-xogħol u dan sabiex ikunu jistgħu jibdew joperaw taħt dan il-qafas regolatorju ġdid.

Meta kien qed jindirizza lil dawn l-operaturi, is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul saħaq li l-għan ta' din il-liġi, li kienet parti mill-manifest elettorali, se tara li s-settur tax-xogħol f'pajjiżna se jkun wieħed serju u professjonali. “Din il-liġi se tara li pajjiżna jattira ħaddiema ta' kwalità taħt kontroll u se jaħdmu biss f'setturi li hemm bżonnhom", sostna s-Segretarju Parlamentari.

Dr Andy Ellul appella lit-temping agencies li għadhom ma applikawx għal-liċenzjar biex japplikaw mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjieg. Hawnhekk ġie mfakkar kif imbagħad mill-bidu ta' Ġunju, se jibda l-infurzar. Dan biex jingħata ċ-ċans biżżejjed lil dawk li jkunu applikaw lejn l-aħħar, sabiex ikollhom id-dokumenti neċessarji.

Preżenti għal din il-laqgħa ta' informazzjoni kien hemm id-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjieg (DIER), Diane Vella Muscat.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Riforma importanti favur kwalità fis-settur tat-temping agencies
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Riforma importanti favur kwalità fis-settur tat-temping agencies
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow