Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Il-Ministru Ian Borg f’laqgħa mas-Segretarju għall-Affarijiet Barranin tar-Renju Unit Lord David Cameron

pr240420
Date Icon 15/03/2024

Waqt li qiegħed f'Londra, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg kellu laqgħa bilaterali oħra mas-Segretarju għall-Affarijiet Barranin tar-Renju Unit Lord David Cameron.

Diskussjoni importanti fuq l-aġenda ta' din il-laqgħa kienet il-ħidma reġjonali u multilaterali, primarjament dik relatata mal-Ukrajna u l-kunflitt bejn l-Iżrael u l-Ħamas. Hawnhekk kienet diskussa wkoll il-ħidma li qed issir bejn iż-żewġ pajjiżi fuq livell ta' Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda u kif flimkien jista' jkun hemm koordinament aħjar. Kienet diskussa wkoll il-Presidenza li ħa jkollha Malta f'April li ġej ta' dan il-Kunsill importanti.

Fuq l-aġenda ta' din il-laqgħa ġew diskussi wkoll ir-relazzjonijiet bilaterali eċċellenti li jeżistu bejn iż-żewġ pajjiżi. Huma qablu dwar il-ħtieġa li għall-ġid taż-żewġ popli din ir-relazzjoni tkompli titkattar u tittejjeb. “Ħerqana li nkomplu naħdmu flimkien sabiex ikun implimentat il-qafas ta' kooperazzjoni bilaterali bejn Malta u r-Renju Unit li ffirmajna s-sena li għaddiet. Dan se jkompli jqarreb liż-żewġ pajjiżi flimkien għal aktar kooperazzjoni f'setturi varji, primarjament fejn jidħol il-kummerċ," qal il-Ministru Ian Borg.

Waqt din il-laqgħa kienu diskussi wkoll il-prijoritajiet ta' Malta għall-OSCE u kif nistgħu naħdmu flimkien fuq bosta kunflitti li għandna fir-reġjun ta' madwarna.

“L-immigrazzjoni irregolari hija ta' tħassib għaż-żewġ gvernijiet, kemm fejn tidħol ir-rotta tal-Mediterran iżda wkoll ħabba l-isfida ta' meta l-immigranti jimxu minn pajjiż Ewropew għall-ieħor. Huwa essenzjali li naħdmu flimkien sabiex niġġieldu din il-pjaga ta' kriminalità u traffikar," tennew il-Ministru Ian Borg u Lord David Cameron.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju għall-Affarijiet Barranin tar-Renju Unit Lord David Cameron faħħar il-ħidma ta' Malta u apprezza l-irwol attiv li qed jieħu pajjiżna f'bosta fora multilaterali fosthom l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda u l-OSCE.

Ir-relazzjoni tal-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit, il-Commonwealth u s-sitwazzjoni fil-Libja kienu wkoll fuq l-aġenda ta' din il-laqgħa.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Il-Ministru Ian Borg f’laqgħa mas-Segretarju għall-Affarijiet Barranin tar-Renju Unit Lord David Cameron
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow