Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Investiment f’infrastruttura edukattiva li fiha wliedna jkunu kreattivi biex isawru l-futur ta’ Malta – il-Prim Ministru Robert Abela jżur l-iskola tar-Rabat Għawdex

pr240419
Date Icon 15/03/2024

Ninvestu fl-edukazzjoni ta' wliedna f'kull fażi u b'kull mod, fosthom b'ambjent isbaħ fejn it-tfal tagħna jirċievu l-aqwa tagħlim b'għodda aħjar. Dan kien il-messaġġ li wassal il-Prim Ministru Robert Abela meta żar l-Iskola Primarja ġdida fir-Rabat Għawdex fejn ra x-xogħol li għaddej għal skola isbaħ li tibda tilqa' fiha 650 tifel u tifla f'26 klassi. Il-Prim Ministru sostna li l-investiment f'infrastruttura edukattiva moderna hu importanti biex inkomplu nimbuttaw favur il-kreattività ta' wliedna li għandhom aspirazzjonijiet li jsawru l-futur ta' pajjiżna.

Mat-tmexxija tal-Iskola u tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada, il-Prim Ministru tkellem anki dwar tagħlim f'suġġetti speċifiċi li jkomplu jagħmlu l-vjaġġ edukattiv tal-istudenti wieħed interessanti. Fil-fatt bix-xogħol li għaddej, l-iskola se jkollha klassijiet għat-tagħlim tax-xjenza, tat-teknoloġija, oħrajn mgħammra apposta għat-tagħlim tal-informatika u tal-arti, filwaqt li 3,000 metru kwadru ta' art se jkunu ddedikati għall-isport u r-rikreazzjoni tat-tfal. Fi ħdan il-binja tal-iskola nbena wkoll Ċentru ta' Interpretazzjoni Arkeoloġika biex ikunu preservati l-fdalijiet arkeoloġiċi li nstabu f'din iż-żona.

Il-Prim Ministru sostna li l-iskola hi parti minn komunità u l-ħajja edukattiva fi skola tagħti wkoll anki valur miżjud lis-soċjetà bl-esperjenzi tagħha. Huwa għalhekk ukoll li nkomplu ninvestu fl-infrastruttura edukattiva li tkun ta' servizz anki lil komunità mhux biss fil-ħinijiet tal-iskola.

“L-investiment f'qasam tant importanti bħalma hi l-edukazzjoni huwa wkoll parti mis-sostenn soċjali li jibqa' jagħmel dan il-Gvern biex kull tifel u tifla f'pajjiżna, irrispettivament minn fejn ġejjin, jaslu biex iwettqu x-xewqat u l-ħolm tagħhom," saħaq Dr Abela hu u wkoll japprezza l-ħidma sfieqa tal-edukaturi.

Bħala parti minn dan il-proġett qed isir ukoll it-tkabbir u l-immodernizzar tal-Iskola Medja fl-istess kampus edukattiv. Hawnhekk, il-Prim Ministru ltaqa' ma' uħud mill-istudenti li kienu għaddejjin bil-lezzjonijiet tagħhom, fejn anke segwa lezzjoni tax-xjenza fil-laboratorju tal-iskola.

Il-proġett kollu qed isir b'investiment ta' madwar €18-il miljun u malli jitlesta, il-kampus edukattiv tar-Rabat Għawdex se jkun l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu, hekk kif se jkun qed jinkludi childcare centre, kindergarten, Skola Primarja, Skola Medja, Senior School, kif ukoll is-Sixth Form f'hub.

Jakkumpanjaw lill-Prim Ministru Robert Abela waqt iż-żjara kien hemm il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri u l-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Investiment f’infrastruttura edukattiva li fiha wliedna jkunu kreattivi biex isawru l-futur ta’ Malta – il-Prim Ministru Robert Abela jżur l-iskola tar-Rabat Għawdex
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Investiment f’infrastruttura edukattiva li fiha wliedna jkunu kreattivi biex isawru l-futur ta’ Malta – il-Prim Ministru Robert Abela jżur l-iskola tar-Rabat Għawdex
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow