Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: ‘Ninvestu f’Saħħitna’ – Organizzat seminar dwar l-importanza ta’ dieta bilanċjata permezz tal-ħut

pr240418
Date Icon 15/03/2024

Is-Segretarjat Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali organizza seminar bl-isem 'Ninvestu f'Saħħitna', f'Dar Kenn għal Saħħtek, l-Imtarfa. Dan is-seminar ġie indirizzat minn numru ta' kelliema li ġejjin minn setturi differenti u li tkellmu dwar l-importanza li wieħed jiekol b'mod bnin, fuq l-importanza li nikkunsmaw il-ħut biex nieħdu n-nutrijenti meħtieġa u fuq l-importanza li wieħed jagħmel aktar eżerċizzju fiżiku, fost temi oħra.

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura, u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said indirizzat dan is-seminar u tkellmet dwar il-bżonn li aktar nies jinkludu l-ħut fl-ikel tagħhom.

“Hemm bżonn li ninkludu aktar il-ħut fl-ikel tagħna ta' kuljum, hekk kif dan joffri ħafna nutrijenti essenzjali għal ġisimna. Il-prodott frisk u lokali huwa dejjem l-aħjar għażla li wieħed jista' jkollu fid-dieta tiegħu. Nafu kemm il-produtturi lokali jimpenjaw ruħhom sabiex joffru l-aqwa prodott liċ-ċittadini tagħna. Jekk nieklu aktar ħut lokali, minbarra l-benefiċċju għal saħħitna, inkunu qegħdin ukoll nappoġġjaw lis-sajjieda tagħna f'ħidmiethom," qalet is-Segretarju Parlamentari .

Hija temmet tgħid li impenjati li jżidu aktar għarfien dwar il-benefiċċji li jagħtina l-ħut għal saħħitna u dwar  il-bżonn li nikkunsmaw aktar il-prodott lokali u frisk.

Fost il-kelliema preżenti għal dan is-seminar, kien hemm l-ispeċjalista fit-Terapija Ħolistika Joyce Muscat, il-Ġinekologa Dr Margaret Spiteri, Kowċ fl-Eżerċizzju Fiżiku Matthaeus Grasso, l-Ispeċjalista fl-Iżvilupp tat-Tfal Dr Nadette Spiteri, in-Nutrizzjonista Daniele Maniscalco u d-Direttur fi ħdan il-Ministeru, Sonya Sammut.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: ‘Ninvestu f’Saħħitna’ – Organizzat seminar dwar l-importanza ta’ dieta bilanċjata permezz tal-ħut
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow