Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg imexxi l-laqgħa tal-grupp t’azzjoni Ministerjali tal-Commonwealth

pr240404
Date Icon 13/03/2024

Waqt li qiegħed f'Londra għall-ġimgħa ddedikata lill-Commonwealth, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg mexxa l-64 laqgħa tal-grupp t'azzjoni Ministerjali tal-Commonwealth.

Għal din il-laqgħa, fil-preżenza ta' numru ta' Ministri li huma parti mill-Commonwealth flimkien anke mas-Segretarju Ġenerali Patricia Scotland, kienu diskussi numru ta' temi dwar it-triq 'il quddiem għal din l-organizzazzjoni. Malta issa tħares 'il quddiem għaċ-CHOGM li se tkun qed issir fis-Samoa f'Ottubru ta' din is-sena.

Matul iż-żjara tiegħu, il-Ministru Ian Borg attenda wkoll għaċ-ċelebrazzjoni tas-servizz tal-Commonwealth f'Westminster Abbey fejn hemmhekk kellu l-opportunità li jiltaqa' mar-Reġina Camilla.

Il-ħidma tal-Ministru Borg kompliet b'numru ta' laqgħat bilaterali importanti li saru. Fost oħrajn, huwa kellu laqgħa mas-Segretarju Ġenerali Patricia Scotland dwar il-ħidma li qed issir flimkien ma' Malta sabiex tkompli tissaħħaħ din l-organizzazzjoni. Huwa ltaqa' wkoll mas-Segretarju Parlamentari għall-Affarijiet Barranin tal-Kanada Rob Oliphant. Matul din il-laqgħa kienet diskussa l-kollaborazzjoni multilaterali taż-żewġ pajjiżi fuq materji bħan-Nazzjonijiet Magħquda, l-OSCE u fuq kollox il-Commonwealth. Il-ħidma bilaterali kienet ukoll fuq l-aġenda.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg imexxi l-laqgħa tal-grupp t’azzjoni Ministerjali tal-Commonwealth
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg imexxi l-laqgħa tal-grupp t’azzjoni Ministerjali tal-Commonwealth
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg imexxi l-laqgħa tal-grupp t’azzjoni Ministerjali tal-Commonwealth
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

More Press Releases Right arrow