Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Iffirmat ftehim ta' devoluzzjoni ta' art bejn l-Awtorità tal-Artijiet u l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar

pr240394
Date Icon 11/03/2024

Il-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali Stefan Zrinzo Azzopardi u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli ppresedew fuq l-iffirmar ta' ftehim ta' devoluzzjoni bejn l-Awtorità tal-Artijiet u l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar. Grazzi għal dan il-ftehim, art tal-Gvern fil-qalba ta' San Pawl il-Baħar għaddiet għand il-Kunsill Lokali sabiex jinbena ċentru ta' servizzi għall-komunità.

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi spjega kif dan il-ftehim mhux biss se jkun ta' benefiċċju kbir għar-residenti ta' din il-lokalità iżda se jkun ta' għajnuna kbira għall-Kunsill Lokali fil-ħidma tiegħu għar-residenti. Permezz ta' dan il-ftehim, il-Kunsill Lokali se jibda jiffranka eluf ta' ewro fis-sena f'kirjiet grazzi għall-iskema ta' capping fuq il-ħlas tal-kirjiet annwali ta' proprjetajiet pubbliċi tal-Awtorità tal-Artijiet, sa massimu ta' €500 fis-sena.

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi kompla jgħid li tul l-2023, saru 32 ftehim ta' devoluzzjoni ta' artijiet tal-Gvern bejn l-Awtorità tal-Artijiet u diversi Kunsilli Lokali, filwaqt li sar it-tiġdid ta' 38 ftehim eżistenti. Tul l-istess sena l-Awtorità approvat ukoll 80 talba għal no objection in principle għal diversi proġetti minn Kunsilli Lokali.

“Dan kollu jixhed is-sapport kontinwu li qed tagħti l-Awtorità tal-Artijiet lill-Kunsilli Lokali sabiex l-artijiet pubbliċi jiġu amministrati bl-aħjar mod possibbli għal ġid tar-residenti", temm jgħid il-Ministru Zrinzo Azzopardi.

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli qalet li permezz tal-iskema li tiffaċilita d-devoluzzjoni tal-art lill-kunsilli lokali, il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-baħar ser ikun qed jibbenefika minn biċċa art għall-iżvilupp ta' binja li ser tforni diversi servizzi għall-komunità ta' San Pawl il-Baħar.  Hija spjegat li mingħajr l-iskema tad-devoluzzjoni, dan il-proġett kien ikun diffiċli li jsir mill-kunsill lokali, għar-raġuni li proġett bħal dan ikun jirrikjedi investiment sostanzjali għall-ispazju tal-art biss. 

“Dan il-proġett huwa eżempju ċar tal-frott li qed tħalli din l-iskema u kemm il-Gvern ser jibqa' jsostni lill-kunsilli lokali, sabiex ikomplu iwettqu proġetti u inizjattivi fil-qalba tal-lokalitajiet Maltin u Għawdxi għall-ġid tar-residenti kollha," temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

Is-Sindku ta' San Pawl il-Baħar Alfred Grima esprima s-sodisfazzjoni tiegħu għal dan it-tragward fejn spjega li wara diversi laqgħat u ħidma mill-Kunsill wasslu sabiex sar dan il-ftehim.

L-art li fiha qed jiġi propost li jinbena dan iċ-ċentru fiha madwar 1,200m2, li medja ta' 720m2 minnhom jistgħu jiġu mibnija. Din l-art ġiet indikata mill-Awtorità tal-Artijiet fuq it-talba tal-istess Kunsill minħabba l-pożizzjoni tagħha fi Triq San Ġorġ fil-qalba tal-lokalità. Preżentament San Pawl il-Baħar hija l-akbar lokalità f'Malta u Għawdex u għalhekk din il-binja se tkun waħda mill-akbar ċentri lokali, b'parkeġġ għal aktar aċċessibbiltà għar-residenti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Iffirmat ftehim ta' devoluzzjoni ta' art bejn l-Awtorità tal-Artijiet u l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Iffirmat ftehim ta' devoluzzjoni ta' art bejn l-Awtorità tal-Artijiet u l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Iffirmat ftehim ta' devoluzzjoni ta' art bejn l-Awtorità tal-Artijiet u l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

More Press Releases Right arrow