Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Servizzi ġodda ta’ nutrizzjoni fiċ-Ċentri tal-Anzjanità Attiva

pr240373
Date Icon 08/03/2024

Fl-2023, iktar minn 100 persuna fil-komunità u madwar 1,000 resident fid-djar tal-anzjani bbenefikaw minn servizz ta' nutrizzjoni pprovdut mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. Dan is-servizz issa qed jiġi estiż lejn iċ-Ċentri tal-Anzjanità Attiva kollha. L-għan ewlieni ta' dawn il-programmi huwa li jippromwovu drawwiet tajbin ta' ikel u stil ta' ħajja sana fost il-popolazzjoni anzjana.

Dan tħabbar waqt żjara li  s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Malcolm Paul Agius Galea għamel fiċ-Ċentru tal-Anzjanità Attiva f'Ħad-Dingli, ċentru li se jkun qed jibbenefika wkoll minn dan is-servizz.

Permezz ta' dan is-servizz, id-dijetisti tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità jfasslu programmi ta' nutrizzjoni li jilħqu l-ħtiġijiet u l-għanijiet uniċi ta' kull individwu. Id-dijetisti ser jipprovdu wkoll gwida professjonali bħal f'każ li jkun hemm kundizzjonijiet kroniċi. 

Is-Segretarju Parlamentari Agius Galea saħaq li dieta adegwata tipprevjeni jew tnaqqas il-malnutrizzjoni u l-mard kroniku relatat mal-età, bħall-osteoporożi, pressjoni għolja, mard tal-qalb, dijabete tat-tip 2, u ċerti kanċers. Is-Segretarju Parlamentari qal ukoll li dieta bilanċjata tagħti lill-anzjani l-enerġija meħtieġa għal ħajja attiva u tgħin ukoll biex jikkontrollaw l-piż tagħhom.

Permezz ta' workshops, seminars, u sessjonijiet edukattivi, dawn is-servizzi jipprovdu l-għarfien meħtieġ biex jintlaħqu dawn l-għanijiet. B'kollaborazzjoni ma' professjonisti oħra fil-qasam tal-kura tas-saħħa, dawn il-programmi joffru approċċ komprensiv u personalizzat għal ħajja aktar sana.

Għal iktar informazzjoni, kemm dwar dan is-servizz kif ukoll għall-informazzjoni fuq servizzi oħra li toffri l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, wieħed jista' jagħmel kuntatt maċ-Ċentru Servizz Anzjan fuq 22788900, iżur l-uffiċini li jinsabu 3, Triq Żekka, il-Belt, jew iżur is-sit elettroniku aacc.gov.mt.  F'Għawdex wieħed jista' jagħmel kuntatt maċ-Ċentru Servizz Anzjan, fuq in-numru tat-telefown 22788238, jew iżur l-uffiċini li jinsabu 39, Triq ir-Repubblika, ir-Rabat Għawdex.  Informazzjoni  tista' tinkiseb ukoll permezz tal-freephone 153.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Servizzi ġodda ta’ nutrizzjoni fiċ-Ċentri tal-Anzjanità Attiva
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Servizzi ġodda ta’ nutrizzjoni fiċ-Ċentri tal-Anzjanità Attiva
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

More Press Releases Right arrow