Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inawgurat proġett ieħor ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Ħal Kirkop

pr240364
Date Icon 07/03/2024

F'Ħal Kirkop, ġie inawgurat proġett ta' akkomodazzjoni soċjali li se jibbenefikaw minnu tmien familji u sar b'investiment ta' €1.4 miljun. Dan il-proġett jagħmel parti min-numru ta' proġetti ta' binjiet ta' akkomodazzjoni soċjali oħra li se jiġu inawgurati matul din is-sena u li se jagħtu l-opportunità lil aktar familji jgħixu taħt saqaf diċenti u dinjituż.

Dawn id-dettalji ngħataw waqt l-inawgurazzjoni tal-proġett mill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes fejn sostna kif dan huwa xhieda ta' gvern li qed ikompli jagħti prijorità lis-settur tal-akkomodazzjoni.

“Is-settur tal-akkomodazzjoni huwa prijorità għal dan il-Gvern, u xhieda ta' dan huma r-rekord ta' proġetti, skemi u investimenti li diġà nedejna u li se nkomplu nniedu matul din is-sena," tenna l-Ministru Galdes.

Il-Ministru Galdes temm id-diskors tiegħu billi fakkar il-ħidma bla waqfien tal-gvern f'dan is-settur li wasslet sabiex aktar familji ġew allokati akkomodazzjoni soċjali filwaqt li r-rata ta' home ownership telgħet għal 82% tal-poplu Malti u Għawdxi. 

Il-binja se tkun imsemmija għall-mibki Charles Miceli, pijunier li ħadem qatigħ għall-vulnerabbli u l-batut.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inawgurat proġett ieħor ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Ħal Kirkop
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inawgurat proġett ieħor ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Ħal Kirkop
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

More Press Releases Right arrow