Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inawgurat il-proġett tal-Marine Environmental Education Centre u l-Librerija Pubblika l-ġdida f’Għajnsielem

pr240247
Date Icon 17/03/2024

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli flimkien mal-Kunsill Lokali ta' Għajnsielem inawguraw il-proġett “Marine Environmental Education Centre" li ġie integrat ukoll ma' Librerija Pubblika ġdida. Dan il-proġett, b'investiment ta' 'l fuq minn €150,000 kien fil-maġġor parti tiegħu ffinanzjat mill-fondi tal-Interreg Malta-Italia Project u parzjalment iffinanzjat mill-fondi tal-Kunsill.

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri stqarr li  minħabba li dan iċ-ċentru ġie integrat mal-librerija, qiegħed joffri esperjenza edukattiva ħolistika. Barra minn hekk, infetaħ aċċess dirett għall-iskola primarja ta' Għajnsielem u b'hekk it-tfal tal-iskola se jkollhom il-possibbiltà li jattendu għal-lezzjonijiet fih stess. Il-Ministru Camilleri kompla jgħid, “Dan il-proġett se jkun jista' jitgawda mill-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri bħala marine hub edukattiv li jiffoka fuq xi jfissru Żoni Marittimi Protetti, u fuq it-tradizzjonijiet u l-isfidi li joffri s-settur tas-sajd. Huwa interessanti kif il-Kunsill Lokali rnexxielu jgħaqqad l-edukazzjoni u t-tradizzjonijiet fi proġett mill-isbaħ li żgur se jkun ta' attrazzjoni kemm għat-tfal kif ukoll għall-adulti. Hu b'dan il-mod li għandna nressqu lit-tfal lejn il-qari u nħeġġuhom jinteressaw ruħhom fl-edukazzjoni." Il-Ministru Camilleri temm billi faħħar lill-Kunsill Lokali ta' Għajnsielem li ħa l-inizjattiva u wettaq dan il-proġett filwaqt li ħeġġeġ sabiex aktar Kunsilli jinvestu fil-lokalitajiet tagħhom u joħorġu b'inizjattivi innovattivi.

Min-naħa tagħha s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli ammirat it-tema bil-ħsieb wara dan il-proġett u kif il-Kunsill Lokali irnexxielu jżewweġ l-aspett tal-edukazzjoni u l-kultura fiproġett wieħed. Hija qalet li l-għarfien fuq il-kultura u l-wirt storiku Malti jkompli jsawwar l-identità tagħna, filwaqt li l-qari u l-kotba huma ċ-ċavetta għall-edukazzjoni u t-tisħiħ tal-għarfien. “Infaħħar il-ħidma tal-Kunsill Lokali favur dan il-proġett li tant sar bi ħsieb u nħeġġeġ lir-residenti ta' kull età sabiex jirrikorru f'dan iċ-ċentru u jagħmlu użu mis-servizzi wesgħin li joffri", temmet id-diskors tagħha s-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

Dan iċ-ċentru ġdid se jkun fih fost l-oħrajn: Librerija/żona ta' qari li tinkludi diversi kotba dwar il-baħar; Dgħajsa tas-sajd vera 'Maltese Luzzu' b'tabelli edukattivi u d-dgħajjes tradizzjonali; Wirja ta' ħut ibbalzmat ta' speċi Mediterranji maqbuda lokalment; panelli interattivi pprovduti mill-programm Interreg Corallo għall-adulti u t-tfal; wiri ta' għodod qodma tas-sajd; wiri ta' mudelli ta' dgħajjes tas-sajd tradizzjonali bil-QR codes sabiex il-viżitaturi jkunu jistgħu jitgħallmu aktar dwarhom; OLED screen u faċilitajiet ta' sound. Iċ-ċentru se jkun mgħammar bl-arja ikkundizzjonata, b'Wifi pubbliku u tagħmir b'enerġija effiċjenti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inawgurat il-proġett tal-Marine Environmental Education Centre u l-Librerija Pubblika l-ġdida f’Għajnsielem
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inawgurat il-proġett tal-Marine Environmental Education Centre u l-Librerija Pubblika l-ġdida f’Għajnsielem
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inawgurat il-proġett tal-Marine Environmental Education Centre u l-Librerija Pubblika l-ġdida f’Għajnsielem
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inawgurat il-proġett tal-Marine Environmental Education Centre u l-Librerija Pubblika l-ġdida f’Għajnsielem
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow