Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR

pr240172
Date Icon 05/02/2024

Skema ta' fondi Ewropej toffri sa' €11,000 lill-individwi u kumpaniji li jixtru karozza elettrika

Fondi Ewropej allokati mill-Pjan ta' Rkupru u Reżiljenza (RRP) se jerġgħu jagħtu l-opportunità lil mijiet ta' individwi u kumpaniji privati li jirċievu rifużjoni t'eluf ta' ewro meta tinxtara vettura elettrika. L-inizjattiva, li toffri għotja ta' €500 għal kull rota elettrika ġdida; minn €2,000 sa €6,000 għal kull mutur, triċiklu, jew kwadriċiklu elettriku ġdid u €11,000 għal kull karozza jew vann elettriku, hija waħda mid-diversi inizjattivi ffinanzjati minn fondi Ewropej li qed jgħinu lil pajjiżna jnaqqas it-tniġġis mill-emissjonijiet u jtejbu l-benesseri tar-residenti ta' pajjiżna.

Fi żjara fil-kwartieri ġenerali tal-MaltaPost PLC, li hija waħda mill-kumpaniji privati f'pajjiżna li bbenefikat minn dawn il-fondi, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne ra wħud mill-vetturi elettriċi l-ġodda li jintużaw ta' kuljum mill-pustiera. Fil-fatt, il-kumpanija MaltaPost PLC xtrat 'il fuq minn 120 vettura elettrika u b'hekk eliminat l-użu ta' għexieren ta' karozzi u vannijiet li jaħdmu bil-petrol u d-diesel.

Id-Deputat Prim Ministru faħħar il-mod li bih il-kumpanija għamlet użu mill-fondi Ewropej sabiex tagħmel investiment li hu stmat li naqqas mas-76.6 tunnellata ta' emissjonijiet ta' dijossidu tal-karbonju fis-sena, u li għalhekk iħallu impatt pożittiv fuq saħħitna u fuq l-ambjent ta' madwarna.

“Eluf ta' kumpaniji u individwi qegħdin jagħmlu l-istess tip ta' qalba għall-vetturi elettriċi li għamlet il-MaltaPost PLC, kemm fuq livell kummerċjali u anke fuq livell personali, grazzi għall-fondi Ewropej li qed jagħmlu dan l-investiment iżjed affordabbli," stqarr id-Deputat Prim Ministru Fearne.

Huwa spjega kif bl-għajnuna ta' Servizzi Ewropej Malta (SEM) diversi kumpaniji u individwi jistgħu jiksbu informazzjoni dwar fondi Ewropej li huma disponibbli għal opportunitajiet varji ta' investiment. Għal iżjed informazzjoni wieħed jista' jibgħat email fuq info.sem@gov.mt jew iċempel +356 2779 7300.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow