AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li, wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, dan il-prodott m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli elevati ta' Pyrrolizidine alkaloids.
Il-pyrrolizidine alkaloids huma grupp ta' tossini naturali sintetizzati bħala metaboliti sekondarji minn speċi ta' pjanti differenti. Bosta minn dawn is-sustanzi huma magħrufa li huma tossiċi għall-bnedmin u l-annimali bħala riżultat tal-preżenza tagħhom fil-katina alimentari (Sors: EFSA Journal Vol 15, Issue 7 – Jul 2017).
| Deskrizzjoni tal-prodotti: | Riegnu niexef (Dried Oregano) |
| Dittà: | Country |
| Użin: | Kontenituri b'użin differenti |
| Lott: | Lott li jispiċċa bin-numru -48/1105 |


Other Press Releases:
PR261934en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261934