Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI

pr240161
Date Icon 03/02/2024

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jirreferi għal numru ta' mistoqsijiet li sarulu u wkoll spekulazzjonijiet fuq il-mezzi soċjali, b'rabta mal-Iskola Guardian Angel.

Il-Ministeru jiċħad b'mod kategoriku li fl-Iskola Guardian Angel hemm nuqqas ta' riżorsi umani, tant li hemm ir-riżorsi umani kollha meħtieġa, inkluż LSEs. L-iskola għandha wkoll Kap tad-Dipartiment tal-Inklużjoni full-time biex jgħin lill-edukaturi fl-ippjanar u t-twassil tal-programm ta' tagħlim. Hemm ukoll imfassal programm individwali għal kull student.

Il-ħidma tal-Ministeru fil-qasam edukattiv, apparti l-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni 2024-2030 il-ġdida li tinsab fl-aħħar stadju tal-konsultazzjoni pubblika u li se tittrasforma s-settur, hija waħda ħolistika li tħares lejn il-bżonnijiet tal-oqsma kollha li jaqgħu taħt il-kappa tas-settur. F'Lulju li għadda l-Ministeru ppubblika ż-żewġ dokumenti National Framework for Quality Assurance (0-16), filwaqt li d-Direttorat tal-Kwalità u l-Istandards fl-Edukazzjoni (DQSE) jagħmel external reviews fl-iskejjel biex jevalwa prattiċi li huma konformi man-National Quality Standards (3-16).

Fil-każ tal-Iskola Guardian Angel, f'Diċembru tal-2022 kien sar eżerċizzju ffukat fuq Leadership u Management. F'dan l-eżerċizzju kienu involuti, l-membri tal-SLT (Senior Leadership Team), l-edukaturi u l-LSEs, u professjonisti li jżuru l-iskejjel fuq bażi regolari. Kien sar ukoll kwestjonarju mal-partijiet kollha interessati, inkluż l-edukaturi u l-ġenituri. Dan ir-rispons ġie diskuss, evalwat u mfassal f'rapport komprensiv. Dan ir-rapport kien jinkludi azzjonijiet u wkoll rakkomandazzjonijiet meħtieġa biex ikun hemm titjib għall-benefiċċju kemm tat-tmexxija, l-edukaturi u LSEs u wkoll l-istudenti li jattendu din l-istituzzjoni edukattiva. Numru ta' rakkomandazzjonijiet fil-fatt kienu implimentati.

Biex ikompli jħares il-benesseri tal-edukaturi u l-istudenti, il-Ministeru matul ix-xahar li għadda ħa wkoll deċiżjoni li jinnomina Fact Finding Board, li ngħata sal-aħħar ta' dan ix-xahar biex iħares lejn is-sitwazzjoni attwali fl-iskola, u jipprovdi rakkomandazzjonijiet u azzjonijiet li se jkunu l-bażi għall-ħidma li hemm bżonn biex tkompli tissaħħaħ il-ħidma li qed issir għall-istudenti li jattendu l-Iskola Guardian Angel.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow