Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Kampanja nazzjonali dwar mard rari f’Malta

PR240145
Date Icon 01/02/2024

Id-Deputat Speaker tal-Kamra tad-Deputati tal-Parlament ta' Malta u MP David Agius, inawgura l-Kampanja Nazzjonali dwar Mard Rari f'Malta.  Din qed tkun organizzata mill-Alleanza Nazzjonali dwar Mard Rari ta' Malta.  L-għan prinċipali ta' din il-kampanja nazzjonali hu li jikber l-għarfien fost il-poplu Malti u Għawdxi dwar ir-realtà li teżisti anke f'pajjiżna ta' individwi li huma milquta minn dan it-tip mard.

Il-qasam mediku jikklassifika madwar 8,000 kundizzjoni bħala mard rari.  In-natura partikulari ta' dan il-mard jagħmilha diffiċli biex it-tobba jagħrfu dawn il-kundizzjonijiet ta' saħħa.  Dan il-mard hu wieħed kroniku, progressiv u diversi tipi ta' kanċer rari ħafna li jwassal għal diżabilità fiżika u anke mwiet, imwiet f'età żgħira ħafna.  Din hi sfida kbira għall-awtoritajiet tas-saħħa pubblika kemm f'pajjiżna u f'pajjiżi oħra, tant li fl-Ewropa hu stmat li madwar 30 miljun ruħ huma milquta minn xi għamla ta' mard rari.

Matul dawn l-aħħar snin, l-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika, f'kollaborazzjoni mill-qrib tal-Alleanza Nazzjonali dwar Mard Rari ta' Malta, ħadu diversi miżuri importanti, fosthom:

  1. Neonatal screening;
  2. Twaqqif ta' Reġistru Nazzjonali ta' Mard Rari;
  3. It-tisħiħ ta' “Orphanet"  website informattiva dwar mard rari għal użu kemm mit-tobba, pazjenti u l-familjarji tagħhom;
  4. Koordinament fil-qasam mediku lokali fil-kura ta' pazjenti b'mard rari, inluż kura speċjalizzata f'ċentri mediċi magħrufa f'pajjiżi oħra; u
  5. Qafas ta' għajnuna soċjali lill-morda u lill-familjarji tagħhom.

Il-Parlament ta' Malta dejjem għen u ta l-appoġġ tiegħu lill-Alleanza Nazzjonali dwar Mard Rari ta' Malta fil-ħidma tagħha favur il-morda u l-familjari tagħhom.  Konxju mill-ħidma tal-Awtoritajiet tas-Saħħa f'Malta,  il-Parlament jisħaq ukoll dwar l-importanza ta' fondi nazzjonali għal riċerka medika u xjentifika bil-għan li jiżdied aktar it-tagħrif dwar il-mard rari u l-mod aktar effettiv kif il-morda jkunu kkurati.  Dawn il-programmi jeħtieġ li jkunu sostnuti biex jagħtu r-riżultati tant mixtieqa minn kulħadd.  Id-Deputat Speaker fakkar li meta nagħmlu dawn l-affarijiet biex nikkuraw lill-morda tagħna, inkunu qed nuru l-imħabba tagħna lejn ħutna l-bnedmin.

F'din l-okkażjoni, ħadu sehem l-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela MP u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kura Primarja u s-Saħħa Mentali Ian Vassallo MP.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Kampanja nazzjonali dwar mard rari f’Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Kampanja nazzjonali dwar mard rari f’Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Kampanja nazzjonali dwar mard rari f’Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Kampanja nazzjonali dwar mard rari f’Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow