Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Malta tilqa’ l-ministri għall-edukazzjoni mill-Ewropa u milll-Asja f’konferenza ta’ jumejn

pr240108
Date Icon 25/01/2024

Id-9 Konferenza tal-Ministri għall-Edukazzjoni mill-Ewropa u l-Asja magħrufa bħala ASEM Education Ministers' Meeting (ASEMME9) qed tiltaqa' f'pajjiżna f'dawn il-jumejn, b'diskussjoni varja dwar diversi suġġetti marbutin mat-tema ċentrali 'Leaving no one behind'.

Il-konferenza ngħatat bidu b'messaġġ u b'diskors mill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima li saħaq kemm din hija konferenza li se tagħti opportunità għal riflessjoni kif ukoll biex ikun hemm bdil ta' ideat dwar kif is-settur edukattiv jista' jservi ta' aġent għall-bidla, għall-innovazzjoni u għall-integrazzjoni biex ikun aċċertat li ħadd ma jitħalla fil-ġenb f'settur li huwa l-bażi tas-soċjetajiet dinjin.

“B'kollaborazzjoni flimkien u b'għan komuni, nistgħu nfasslu futur għas-soċjetajiet tagħna bbażat fuq tagħlim ta' kwalità li jkun aċċessibbli għal kulħadd. Dan jista' jiżgura li l-edukazzjoni tista' sservi bħala għodda għall-kooperazzjoni reċiproka, il-prosperità u l-istabbiltà bejn il-popli tagħna", qal il-Ministru Grima.

Huwa enfasizza li kulħadd għandu jiffoka biex niżguraw li t-tfal, iż-żgħażagħ u l-adulti kollha jkollhom l-opportunità li jiksbu l-ħiliet u l-attitudnijiet meħtieġa biex ikunu ċittadini attivi u biex jirnexxu l-ewwel nett fuq livell personali, imma wkoll fuq ix-xogħol u fis-soċjetà.

“L-impenji kollettivi tagħna biex jindirizzaw b'mod adegwat l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli jeħtieġ li jagħtu prijorità lir-reżiljenza tal-edukazzjoni għall-isfidi li jinqalgħu, filwaqt li niffokaw fuq approċċi flessibbli li jippermettu aċċess ekwu għall-edukazzjoni, minn edukazzjoni f'età bikrija sat-tagħlim tal-adulti," saħaq il-Ministru Grima.

Huwa f'dan il-kuntest li din il-konferenza għandha importanza dinjija, għaliex qed tiffoka fuq l-appoġġ tar-rilevanza tal-edukazzjoni biex dan is-settur jaħdem biex jipprovdi opportunitajiet liż-żgħażagħ u biex jipprovdi opportunitajiet għall-innovazzjoni u għat-tkabbir, l-iżvilupp tal-kapital uman; għanijiet li jistgħu jintlaħqu bit-tisħiħ tal-kollaborazzjoni bejn il-pajjiżi kollha.

Il-Ministru Clifton Grima rringrazzja lill-ministri għall-edukazzjoni preżenti kif ukoll lid-delegazzjonijiet kollha li qed jipparteċipaw u jikkollaboraw għall-għanijiet tal-konferenza. Huwa rringrazzja wkoll lis-Segretarjat tal-Edukazzjoni tal-ASEM u lill-Awtorità Maltija tal-Edukazzjoni Avvanzata u Għolja għall-organizzazzjoni tal-konferenza f'pajjiżna.

“Aħna miġbura hawn għax ilkoll nemmnu li nġeddu l-valuri komuni u nkomplu bil-ħidma tagħna għal viżjoni li dwarha naqblu lkoll kemm aħna, li l-edukazzjoni tista' u għandha sservi bħala għodda għall-ġid komuni", temm jgħid il-Ministru Grima.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Malta tilqa’ l-ministri għall-edukazzjoni mill-Ewropa u milll-Asja f’konferenza ta’ jumejn
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Malta tilqa’ l-ministri għall-edukazzjoni mill-Ewropa u milll-Asja f’konferenza ta’ jumejn
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Malta tilqa’ l-ministri għall-edukazzjoni mill-Ewropa u milll-Asja f’konferenza ta’ jumejn
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow