Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Maħtur Chairperson ġdid għall-Fondazzjoni Kottonera

PR240098
Date Icon 24/01/2024

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali ħabbar il-ħatra ta' Joe Mizzi fil-kariga ta' Chairperson tal-Fondazzjoni Kottonera.

Is-Sur Mizzi twieled il-Kalkara u studja fl-iskejjel Primarji tal-Kalkara u l-Birgu. Huwa studja fl-Istitut Tekniku ta' Raħal Ġdid u kiseb ċertifikat ta' Marine Radio Officer. Wara kompla jistudja wkoll l-elettronika fil-livell avvanzat.

Għal diversi snin is-Sur Mizzi serva bħala Ministru f'diversi dekasteri. Wara huwa kompla jaqdi d-doveri tiegħu bħala deputat Laburista.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli awgurat lis-Sur Mizzi fl-irwol il-ġdid tiegħu. Hija rringrazzjat lis-Segretarju Parlamentari Glenn Bedingfield tal-ħidma tiegħu u awguratlu għall-kariga l-ġdida tiegħu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow