Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ANZJANITÀ ATTIVA

PR240061
Date Icon 18/01/2024

Il-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva jagħmel kjarifika għar-risposta mogħtija lbieraħ mill-Ministru Jo Etienne Abela, dwar l-ammont ta' mediċini preżentament out of stock, wara konferenza tal-aħbarijiet mhux relatata mas-suġġett. 

Meta mistoqsi, il-Ministru kkwota figura ta' mediċini speċifiċi fl-isptar Mater Dei, iżda saħaq li kull pazjent huwa ttrattat b'alternattivi effikaċi. Il-Ministru Abela għalhekk jikkonferma li effettivament hemm biss 14-il mediċina tal-POYC out of stock fil-pajjiż, kif irrappurtat fl-aħħar aġġornament tac-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU)- li huwa aċċessibbli għall-pubbliku onlajn u li jiġi aġġornat b'mod regolari. 

Madanakollu, in-numru kkwotat mill-Ministru jirreferi għan-numru ta' mediċini li għalkemm ikunu neqsin mill-binja tal-Isptar Mater Dei jew spiżeriji oħra, ma jkunux out of stock fil-pajjiż għaliex ikun hemm stokk miżmum fl-imħażen tal-istess CPSU, li taħżen u tiddistribwixxi l-mediċini fl-istituzzjonijiet mediċi kollha pubbliċi madwar Malta u Għawdex.  F' dawn il-każijiet id-dewmien fit-tqassim tal-ammonti mitluba mill-Isptar huwa kkawżat minħabba problemi loġistiċi marbuta man-natura ċċentralizzata tad-distribuzzjoni tal-mediċini. 

Il-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva jibqa' kommess li jżomm in-numru ta' mediċini out of stock baxx, kif dejjem għamel fl-aħħar snin ta' Gvern Laburista.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow