Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI: Il-Gvern se jsaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità b’għodod aktar effettivi

pr240060
Date Icon 17/01/2024

Approvati l-emendi li ressaq il-Gvern fi stadju ta' kumitat bil-għan li jissaħħu l-għodod legali provduti lill-istituzzjonijiet ta' pajjiżna. Dawn l-emendi jipprovdu l-possibilità li l-perjodu ta' arrest ta' persuni raġonevolment suspettati li wettqu reati serji, li jġorru piena ta' 12-il sena jew aktar, jiżdied b'massimu ta' tmienja u erbgħin (48) siegħa addizzjonali bl-awtorizzazzjoni tal-Qorti.

Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard tenna li dawn l-emendi leġiżlattivi jikkonfermaw l-impenn tal-Gvern li jiġġieled bis-saħħa l-kriminalità u r-reati serji u ser jibqa' jinvesti fl-istituzzjonijiet kollha ta' pajjiżna għal ġustizzja aktar effettiva. “Dawn l-emendi leġiżlattivi mhumiex se jnaqqsu jew ibiddlu d-drittijiet tal-akkużat", spjega l-Ministru Attard.

Il-Ministru Jonathan Attard laqa' l-fatt li dan l-abbozz sab il-qbil taż-żewġ naħat tal-Kamra hekk kif l-emendi huma wkoll ta' natura Kostituzzjonali u jirrikjedu l-appoġġ ta' żewġ terzi tal-Parlament.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow