Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Aktar investiment f’apparat mediku li jsaħħaħ is-servizzi mogħtija f’San Vinċenz de Paul

PR240056
Date Icon 17/01/2024

F'konferenza tal-aħbarijiet, tħabbar l-akkwist ta' magna ġdida ta' MRI Scanner fid-Day Hospital f'San Vinċenz de Paul. Dan sar b'investiment ta' aktar minn €2 miljun, b'fondi min-National Social Development Fund. Dawn id-dettalji tħabbru mill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, Jo Etienne Abela, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Malcolm Paul Agius Galea.

Il-Ministru Abela spjega li matul dawn l-aħħar snin fid-Day Hospital ta' San Vinċenz de Paul sar tisħiħ kemm tal-infrastruttura, tas-servizzi mogħtija kif ukoll mil-lat ta' riżorsi umani. Spjega li numru ta' speċjalisti, li jvarjaw fl-ispeċjalizzazzjoni tagħhom minn mard tal-għajnejn sa mard tal-qalb, qed joffru servizz ta' outpatients f'dan l-isptar.

Huwa saħaq dwar l-importanza li d-Dipartiment tar-Radjoloġija f'dan l-isptar jiżviluppa f'wieħed modern u effiċjenti. Semma li apparti l-investiment f'MRI Scanner, riċentament ġie varat servizz ta' ultrasound, filwaqt li għaddej il-proċess biex jsir l-akkwist ta' CT Scanner. “Għalkemm huwa importanti li nkomplu ninvestu fit-teknoloġija avvanzata, daqstant ieħor huwa kruċjali x-xogħol impekkabbli tar-radjografi u l-ispeċjalisti tar-radjoloġija li jmexxu dawn is-servizzi," sostna l-Ministru Abela.

Il-ministru kompla li dawn is-servizzi kollha qed jibbenefikaw minnhom ir-residenti ta' San Vinċenz, u huwa maħsub li s-servizz tal-MRI scanner ikun aċċessibbli wkoll għall-anzjani fil-komunità.

Il-ministru qal li l-MRI Scanner ġdid se jikkumplimenta s-servizz li diġà jingħata permezz ta' tliet MRI Scanners installati fl-Isptar Mater Dei. Filwaqt li fl-Isptar Ġenerali f'Għawdex dalwaqt se jkun qed jiġi installat MRI Scanner. “Il-Gvern jibqa' kommess li jkompli jinvesti biex pajjiżna jkompli jtejjeb il-kura tas-saħħa offruta," temm jgħid il-Ministru Abela.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea faħħar il-ħidma li saret matul dawn l-aħħar snin fejn kompla jissaħħaħ is-servizz ta' kura ta' saħħa li jingħata lill-anzjani. Stqarr li għaddejja ħidma wkoll biex aktar servizzi kliniċi jiġu offruti fid-Day Hospital f'San Vincenz de Paul.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Aktar investiment f’apparat mediku li jsaħħaħ is-servizzi mogħtija f’San Vinċenz de Paul
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Aktar investiment f’apparat mediku li jsaħħaħ is-servizzi mogħtija f’San Vinċenz de Paul
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow