Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Terġa tinħareġ l-Iskema ta’ Restawr għall-Kunsilli Lokali

pr240050
Date Icon 16/01/2024

Inħarġet għal darb'oħra l-Iskema ta' Restawr għall-Kunsilli Lokali. L-iskema, li kienet inħarġet għall-ewwel darba fl-2015, tippermetti lill-Kunsilli Lokali jidentifikaw u jipproponu  restawr ta' binjiet żgħar jew monumenti immobbli oħra meqjusa denji u li jeħtieġu preservazzjoni fil-komunità tagħhom.

Din l-iskema hija mmirata lejn proġetti ta' restawr ta' kappelli żgħar, statwi, niċeċ, pillboxes u monumenti storiċi oħra, kif ukoll strutturi u siti storiċi oħra li jinsabu fl-irħula u l-ibliet.

Għal din l-iskema nħarġu sett ta' linji gwida u kriterji għall-applikazzjoni biex jgħinu lill-Kunsilli Lokali meta jkunu qed jissottomettu proposti għall-proġetti.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici spjega kif minn kemm ilha tinħareġ din l-iskema, intgħażlu total ta' erbgħa u ħamsin proġett ta' restawr f'wieħed u erbgħin lokalità differenti f'Malta. Qal li dan ifisser li 82% tal-Kunsilli Lokali eliġibbli għal din l-Iskema diġà kellhom proposta ta' restawr li ġiet magħżula. “Bi skemi bħal dawn qed nivvalorizzaw u nagħtu lura lin-nies diversi aspetti tal-patrimonju tant sbieħ li għandna f'pajjiżna, fid-diversi komunitajiet," temm jgħid il-Ministru Bonnici.

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli qalet li l-kunsilli lokali jafu l-aħjar il-bżonnijiet tal-lokalitajiet tagħhom u appellat sabiex jidentifikaw u jressqu 'l quddiem postijiet storiċi u ta' wirt kulturali li jirrikjedu restawr.  “Kommessi li naraw li l-wirt storiku ta' pajjiżna jiġi ppreservat sabiex jibqa' jkun apprezzat minn ġenerazzjonijiet futuri," saħqet is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

L-iskema hija amministrata u eżegwita mid-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni, mill-fażi inizjali tal-ippjanar sal-eżekuzzjoni fuq il-post. Il-kunsilli lokali li huma eliġibbli għal din l-iskema għandhom sa nhar il-Ġimgħa, 23 ta' Frar 2024 biex jissottomettu l-proposti tagħhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow