Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITA ATTIVÀ Imniedi servizz ta’ kura paljattiva fir-Residenza San Ġużepp

pr240026
Date Icon 12/01/2024

Is-servizz tal-kura paljattiva issa ser ikun qed jiġi offrut fir-Residenza San Ġużepp fil-Fgura, bl-għan li jkomplu jiżdiedu s-servizzi offruti lill-anzjani f'din ir-residenza. Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Malcolm Paul Agius Galea.

Waqt żjara li għamel f'Dar San Ġużepp, is-Segretarju Parlamentari spjega kif matul dawn l-aħħar snin, is-servizz ta' kura paljattiva kompla jiġi estiż biex issa qed naraw li din ir-residenza tibda toffri dan is-servizz.

Is-Segretarju Parlamentari Agius Galea spjega kif il-kura palljattiva kienet ġiet imnedija bħala studju pilota fid-Dar Residenzjali tal-Imtarfa f'April 2022 u kienet ġiet estiża f'numru ta' djar oħra. Huwa spjega kif il-kura palljattiva tingħata lir-residenti li jkunu qed ibatu minn xi kundizzjoni kronika u jkunu waslu fl-aħħar stadju, kif ukoll minn jkun qed ibati minn mard kardjovaskolari, kanċer, organ failure maġġuri, tuberkulożi li m'hemmx kura għaliha, ħruq sever, trawma akuta, jew fraġilità estrema tax-xjuħija.

Is-Segretarju Parlamentari spjega kif bl-introduzzjoni ta' dan is-servizz ta' kura palljattiva fid-djar residenzjali, qed jiġi evitat ukoll li l-anzjani residenti jiġu trasferiti fl-isptarijiet għal din il-kura. “L-għan ewlieni tal-kura palljattiva huwa li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti. Bħala gvern qed inkomplu ninvestu fil-kura li rridu naraw li tkompli tiġi offruta lill-anzjani f'pajjiżna bl-għan li nkomplu noffru kwalità ta' ħajja aħjar", temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Agius Galea.

Preżentement fir-Residenza San Ġużepp hemm seba' residenti li ser jibbenifikaw minn din il-kura. Sar taħriġ lil 17-il infermier u 58 carers li jaħdmu ġewwa din id-dar residenzjali u nxtara apparat mediku biex jintuża waqt dan it-trattament.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITA ATTIVÀ Imniedi servizz ta’ kura paljattiva fir-Residenza San Ġużepp
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITA ATTIVÀ Imniedi servizz ta’ kura paljattiva fir-Residenza San Ġużepp
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow