Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Imniedi programm kommemorattiv għat-300 sena anniversarju mit-twaqqif tal-lokalità tal-Furjana

PR240011
Date Icon 09/01/2024

Ġie mniedi programm ta' attivitajiet li se jittellgħu matul din is-sena biex jikkommemoraw it-300 sena anniversarju mit-twaqqif tal-lokalità tal-Furjana. Il-programm jikkonsisti minn numru ta' attivitajiet li jvarjaw minn dawk soċjali, sportivi, edukattivi, u kif ukoll inizjattivi u proġetti ġodda sabiex jitgawdew mir-residenti u minn kull min iżur il-lokalità tal-Furjana.

Waqt it-tnedija ta' dan il-programm, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli faħħret l-impenn tal-Kunsill Lokali tal-Furjana għat-tfassil ta' dan il-programm.

“Li nikkommemoraw it-twaqqif tal-lokalitajiet huwa tassew mod sinifikanti ta' kif niċċelebraw l-istorja, il-kultura u l-identità tal-komunità," qalet is-Segretarju Parlamentari. Hija appellat għall-involviment tal-komunità fit-twettiq ta' dan il-programm li twassal għal ċelebrazzjoni kollettiva u inklussiva.

Ġie mniedi wkoll logo ddisinjat mill-artist Jake Muscat għall-okkażjoni tat-300 sena mit-twaqqif tal-lokalità tal-Furjana.

Is-Sindku tal-Furjana Vincent Borg qal li sabiex intgħażel il-logo, il-Kunsill Lokali tal-Furjana ħareġ sejħa pubblika u b'kollox kien hemm 6 sottomissjonijiet. Huwa spjega li l-għażla saret permezz ta' votazzjoni mis-sotto-kumitat li twaqqaf għall-okkażjoni.

Il-President tar-Reġjun Port Paul Farrugia qal li din is-sena l-kunsill reġjonali alloka finanzi għall-kunsilli lokali fi ħdanu sabiex ikomplu jsostnu l-kultura rikka u t-tradizzjonijiet li jsawru l-lokalitajiet tal-Port.

Waqt it-tnedija kien hemm preżenti wkoll diversi kunsilliera.

Għal aktar informazzjoni fuq il-programm kommemorattiv segwi l-paġna ta' Facebook tal-Kunsill Lokali tal-Furjana - https://www.facebook.com/kunsilllokalifloriana/

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Imniedi programm kommemorattiv għat-300 sena anniversarju mit-twaqqif tal-lokalità tal-Furjana
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  L-ERA tniedi pubblikazzjoni kommemorattiva: Għaxar snin ta’ ħidma favur il-ħarsien tal-ambjent naturali ta’ Malta

PR261935

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow