Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Titnieda l-14-il edizzjoni ta’ Betlehem f’Għajnsielem

pr231996
Date Icon 17/12/2023

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri nieda l-14-il edizzjoni ta' Betlehem f'Għajnsielem, il-presepju ħaj mifrux fuq medda ta' 20,000 metru kwadru u b'aktar minn 100 attur li għal darb'oħra se joffri esperjenza unika tal-istorja tan-natività. Għawdex sar sinonimu għal din l-attrazzjoni li llum il-ġurnata hija parti integrali mill-kalendarju kulturali Għawdxi tal-Milied.

“B'sodisfazzjoni din hija l-14-il darba li qed isir dan il-presepju ħaj li aktar ma jgħaddu s-snin aktar kompla jżid fil-popolarità tiegħu. Fil-fatt, din l-attrazzjoni hija fost l-iżjed li tiġbed nies lejn Għawdex f'dan iż-żmien tal-Milied. Bħala Ministeru aħna nkomplu nagħtu s-sostenn finanzjarju tagħna sabiex insaħħu attivitajiet li jżommu ħajjin anki t-tradizzjonijiet u l-kultura f'pajjiżna," qal il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri.

Filwaqt li rringrazzja lill-Kunsill Lokali ta' Għajnsielem u lill-voluntiera għall-organizzazzjoni biex din l-attività setgħet għal darb'oħra tkun possibbli, il-Ministru għal Għawdex ħeġġeġ lil kull min se jkun Għawdex f'dan iż-żmien sabiex iżur dan il-presepju ħaj.

Bħas-snin preċedenti Betlehem f'Għajnsielem se joffri taħlita ta' tradizzjonijiet u snajja' lokali flimkien ma' dak kollu li ġeneralment nassoċjawh mal-presepju tradizzjonali Malti.

Betlehem f'Għajnsielem fetaħ is-Sibt 16 ta' Diċembru. Għal aktar informazzjoni dwar il-ġranet u l-ħinijiet meta l-presepju se jkun animat wieħed jista' jżur https://eventsingozo.com/event/bethlehem-fghajnsielem/2023-12-16/.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Titnieda l-14-il edizzjoni ta’ Betlehem f’Għajnsielem
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Titnieda l-14-il edizzjoni ta’ Betlehem f’Għajnsielem
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Titnieda l-14-il edizzjoni ta’ Betlehem f’Għajnsielem
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Titnieda l-14-il edizzjoni ta’ Betlehem f’Għajnsielem
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow