Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Inawgurat xogħol ta’ riġenerazzjoni fi Pjazza Indipendenza fil-Belt Valletta

pr231990
Date Icon 15/12/2023

Tlesta l-proġett ta’ riġenerazzjoni ta’ Pjazza Indipendenza fil-Belt Valletta b’investiment ta’ €350,000 li twettaq b’ħidma mill-Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC) bħala parti mill-proġett ta’ riġenerazzjoni ta’ Marsamxett li huwa kofinanzjat b’fondi Ewropej. Dan tħabbar mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett fil-preżenza tas-Sindku tal-Belt Valletta Alfred Zammit, u l-kumplament tal-kunsill lokali.

“Pjazza Indipendenza hija spazju arkitettoniku u żona li hija kulturalment sinifikanti, bil-Berġa d’Aragona fuq naħa waħda, il-Katidral Anglikan ta’ San Pawl u z-zuntier tiegħu fuq in-naħa l-oħra. Kien għalhekk li l-ħidma li wettqu l-GHRC f’din iż-żona, ħallew riżultati importanti li reġgħu taw il-ħajja mill-ġdid lil din il-pjazza storika.  Pjazza li qabel kienet tara biss numru ta karozzi pparkjati madwar il-monument ddedikat għal Dun Mikiel Xerri u issa il-pjazza u s-sbuħija tagħha ser ikun jistgħu jitgawdew ħielsa minn dan l-element hekk kif b'deċiżjoni tal-Kunsill Lokali il-pjazza issa saret waħda pedonali. Fil-ġimgħat li ġejjin ser inkunu qed naħsdu aktar il-frott ta’ proġetti oħra li l-GHRC waslet biex tikkonkludi f'din iż-żona tal-kapitali tul l-aħħar snin. Dawn flimkien ma’ oħrajn li twettqu fl-aħħar snin irriġeneraw u taw dehra totalment ġdida lil din iż-żona kollha tal-kapitali ”, stqarr il-Ministru Farrugia.

Il-proġett jinkludi:

- Bini mill-ġdid tas-servizzi kollha meħtieġa, li ġew mgħoddija taħt l-art, bħal  dawl u ilma; 

- Charging Pillars għal 5 vetturi elettriċi;

- Madwar 1,300 metru kwadru ta’ pavimentar ġdid b’materjal tal-lava li jirrispetta l-wirt arkitettoniku tal-pjazza u triq il-Punent biswit il-pjazza. Dan jikkumplimenta r-restawr tal-Berġa t'Aragona u taż-żona tal-Blata u tal-kunvent tal-karmelitani

- Elementi oħra bħal telephone box u letter box antika li wkoll ġew restawrati u miżmuma biex ikomplu jżommu l-karatteristiċi tal-pjazza.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett qal li r-riġenerazzjoni ta’ Pjazza Indipendenza hija parti mill-proġett ERDF.06.996 li għandu total t’aktar minn €19-il miljun ta’ fondi Ewropej speċifikament għar-riġenerazzjoni tan-naħa ta’ isfel tal-Belt Valletta. “Rajna kif proġetti bħal dawn qegħdin jgħinu fil-koordinazzjoni ta’ azzjonijiet differenti biex jitjieb l-iżvilupp sostenibbli ta’ Malta b’mod partikolari dak taż-żona t’isfel tal-Belt Valletta, u fl-istess ħin itejjeb il-kwalità tas-servizzi offruti lill-komunità lokali”, temm Dr Bonett

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-GHRC Gino Cauchi qal, “Bħala entità qed inħarsu ’l quddiem biex inkomplu nżidu proġetti oħra f’diversi lokalitajiet li l-GHRC qed twettaq b’konformità mal-linja tal-gvern, dik li jagħtu lura lill-pubbliku, fi stat li jixraq żoni pubbliċi fiż-żona tal-madwar tal-Port il-Kbir u l-kapitali tagħna.”

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Inawgurat xogħol ta’ riġenerazzjoni fi Pjazza Indipendenza fil-Belt Valletta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Inawgurat xogħol ta’ riġenerazzjoni fi Pjazza Indipendenza fil-Belt Valletta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Inawgurat xogħol ta’ riġenerazzjoni fi Pjazza Indipendenza fil-Belt Valletta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Inawgurat xogħol ta’ riġenerazzjoni fi Pjazza Indipendenza fil-Belt Valletta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow