Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI L-aġenzija LESA talloka €3 miljun għal proġetti fil-qalba tal-komunitajiet

pr231940
Date Icon 07/12/2023

L-aġenzija LESA allokat is-somma ta' aktar minn €3 miljun sabiex jitwettqu proġetti fil-qalba tal-komunità b'kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali. Dan wara li ġie fi tmiemu ftehim preċedenti fejn l-aġenzija investit aktar minn €3 miljuni oħra lill-Kunsilli Lokali fejn twettqu 62 proġett. Dawn huma fondi ġġenerati mit-taħrikiet li sussegwentement jiġu investiti lura fil-komunitajiet.

Din l-inizjattivi tħabbret f'konferenza tal-aħbarijiet fl-uffiċini tal-aġenzija LESA, mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli.

Il-Ministru Byron Camilleri qal li l-għan tal-aġenzija LESA u tal-Gvern mhuwiex li jsir qligħ mit-taħrikiet, iżda li dawn ikunu investiti lura fil-komunitajiet tagħna. Huwa  spjega li dawn il-proġetti jeħtieġ ikunu skont ħames kategoriji differenti: titjib fis-sigurtà tal-lokalità li jinkludi proġetti permezz ta' għodda moderna bi sħab mal-Pulizija tal-Komunità jew in-neighbourhood watch; titjib ambjentali li jinkludi spazji miftuħa u ġonna; trasport alternattiv u nadif b'risq il-komunità; investiment f'infrastruttura moderna; u protezzjoni u restawr ta' wirt storiku.

“Għażilna li nissieħbu mal-Kunsilli Lokali u Reġjonali għaliex nifhmu li huma jafu l-aħjar il-lokalitajiet tagħhom. Għandi fiduċja fihom li jressqu 'l quddiem proġetti li jirriflettu r-realtajiet tal-lokalità li jirrappreżentaw. Kommessi li nibqgħu nissieħbu magħhom sabiex ikunu mwettqa proġetti li minnhom tgawdi l-komunità," temm jgħid il-Ministru Camilleri.

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli kellha kliem ta' tifħir għal din l-inizjattiva bl-għan li tassisti lill-kunsilli lokali jiffinanzjaw proġetti fil-qalba tal-lokalitajiet għat-titjib tal-kwalità tal-ħajja tar-residenti. Hija saħqet li dan il-ftehim se jissarraf f'investimenti diretti fil-komunità. Is-Segretarju Parlamentari appellat lill-kunsilli lokali sabiex jimplimentaw proġetti u inizjattivi li jkopru l-bżonnijiet tal-lokalitajiet u r-residenti rispettivi.

Il-ftehim għal din l-allokazzjoni ġie ffirmat mill-Kap Eżekuttiv tal-aġenzija LESA, Svetlick Flores u l-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, Mario Fava.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI L-aġenzija LESA talloka €3 miljun għal proġetti fil-qalba tal-komunitajiet
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI L-aġenzija LESA talloka €3 miljun għal proġetti fil-qalba tal-komunitajiet
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI L-aġenzija LESA talloka €3 miljun għal proġetti fil-qalba tal-komunitajiet
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow