Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA L-Aġenzija Identità tniedi strateġija ambizzjuża għas-snin 2024-2026

pr231933
Date Icon 06/12/2023

L-Aġenzija Identità nediet l-istrateġija tagħha għat-tliet snin li ġejjin. Din l-istrateġija tħares lejn aġenzija li tkompli tittrasforma ruħha b'mod diġitali sabiex iżżid l-effiċjenza tal-operat tagħha u tkompli tagħti servizz ta' eċċellenza lill-klijent. L-istrateġija tnediet mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri u l-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Mark Mallia.

Il-pjan strateġiku ġdid ipoġġi wkoll lill-ħaddiema tal-aġenzija fil-qalba tal-kisba tal-għanijiet ambizzjużi tal-aġenzija, billi jirrikonoxxi l-importanza tal-iżvilupp tal-impjegati u għaldaqstant qed jinkoraġġixxu ambjent ta' tagħlim kontinwu.

Il-Ministru Byron Camilleri qal kif din l-istrateġija hija turija li Identità se tibqa' ttejjeb is-servizzi li tagħti lill-klijenti tagħha b'mod effiċjenti u effettiv.

“L-aġenzija Identità twaqqfet għaxar snin ilu, iżda minn dak iż-żmien 'l hawn is-servizzi li toffri din l-aġenzija ma jintgħarfux minn dawk ta' qabel. Huwa essenzjali li l-aġenzija u s-servizzi li toffri jibqgħu jevolvu pari passu mas-soċjetà u l-ekonomija Maltija. Dan il-progress ser ikun ibbażat fuq din l-istrateġija ġdida għat-tliet snin li ġejjin sabiex tkompli ttejjeb il-kwalità tas-servizzi li toffri lis-soċjetà tagħna," temm jgħid il-Ministru Camilleri

Il-Kap Eżekuttiv Mark Mallia nnota li din l-istrateġija l-ġdida timpenja lill-aġenzija għall-akkontabilità, u tiżgura li d-deċiżjonijiet tagħha jkunu jaqblu mal-viżjoni u l-missjoni. It-trasformazzjoni diġitali sinifikanti li l-aġenzija bdiet snin ilu, se tkompli, sabiex tipprovdi lill-klijenti b'metodi ċċentrati fuq l-utent, u pjattaformi online siguri u ffaċilitati.

Mallia enfasizza li l-aġenzija taspira li tottimizza l-effiċjenza operattiva fl-għoti tas-servizz tagħha permezz ta' titjib kontinwu. Dan jinkludi titjib fil-proċess u s-servizz, fl-operat u żvilupp tal-karriera tal-ħaddiema, u l-użu ta' teknoloġiji avvanzati sabiex jibqgħu relevanti u reżiljenti. Huwa kompla jgħid li Identità tagħti prijorità lis-servizz ta' eċċellenza għall-klijenti, billi tiżgura li taddatta għall-ħtiġijiet tas-soċjetà mingħajr ma tikkomprometti s-sigurtà.

Intant, matul dawn l-aħħar tliet snin, Identità kisbet tragwardi sinifikanti, ittrasformat l-operat tagħha, iddiġitalizzat proċessi amministrattivi, investiet f'teknoloġiji avvanzati, u ssolidifikat l-irwol tagħha bħala l-aġenzija li tħares l-identità ta' ċittadini u residenti f'Malta. Il-kisbiet jinkludu t-tnedija ta' portali onlajn għal permessi ta' residenza, iċ-ċentralizzazzjoni ta' sapport għall-klijenti, it-tkabbir tal-Compliance Unit, l-introduzzjoni ta' firem elettroniċi, u l-implimentazzjoni ta' sistema paperless għal Ordnijiet ta' Riċerki. Dawn l-isforzi jenfasizzaw l-impenn ta' Identità għal servizz t'eċċellenza lill-konsumatur, governanza tajba, u sigurtà, kif rikonoxxut permezz ta' diversi Quality Awards mis-Servizz Pubbliku.

Dawn il-kisbiet iservu bħala pedament sod li fuqu l-aġenzija ppjanat l-istrateġija ambizzjuża għas-snin 2024 – 2026.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA L-Aġenzija Identità tniedi strateġija ambizzjuża għas-snin 2024-2026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA L-Aġenzija Identità tniedi strateġija ambizzjuża għas-snin 2024-2026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA L-Aġenzija Identità tniedi strateġija ambizzjuża għas-snin 2024-2026
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow