AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih ingredjent ġdid mhux awtorizzat - Betel nut (Areca catechu).
| Isem tal-prodott u deskrizzjoni: | Pan Masala (Mouth Freshner) | ||
| Ditta: | Pan Parag | ||
| Oriġini: | Indja | ||
| Użin: | 100g | ||
| Lottijiet: | Kollha | ||
| Data tad-Durabbilità: | 31-01-2024 | ||
L-ingredjent msemmi, Betel nut, huwa kkunsidrat li jagħmel ħsara għas-saħħa. Huwa kklassifikat mill-IARC (Aġenzija Internazzjonali dwar ir-Riċerka fuq il-kanċer) bħala Karċinoġenu - Grupp 1, jiġifieri karċinoġenu għall-bniedem.
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq admin.ehd@gov.mt . Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en