STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjoni każwali għall-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann
Nomini ta' Kandidati
Il-Kummissjoni Elettorali tavża li se tirċievi n-nomini tal-kandidati għall-Elezzjoni każwali biex jimtela l-post ta' kunsillier għall-Kunsill Lokali ta' San Ġwann wara l-mewt tal-Kunsillier David Dalli, sa nhar l-Erbgħa, 6 ta' Diċembru, 2023 f'nofsinhar.
Il-kandidati jistgħu jissottomettu n-nomina tagħhom personalment fl-Uffiċċju Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar bejn l-10:00 ta' filgħodu u nofsinhar minn nhar it-Tnejn 4 ta' Diċembru sal-Erbgħa 6 ta' Diċembru, 2023, jew onlajn permezz tal-link https://electoral.gov.mt/nominations minn nhar it-Tnejn 4 ta' Diċembru fl-10:00 ta' filgħodu sa nofsinhar tal-Erbgħa, 6 ta' Diċembru, 2023.
Il-kandidati prospettivi huma avżati li jridu jippreżentaw il-karta tal-identità tagħhom. F'każ li l-formola tan-nomina se tiġi ppreżentata mir-rappreżentant tal-kandidat minħabba raġuni ta' mard jew safar, ir-rappreżentant għandu jissottometti prokura mill-kandidat li tkun speċifika għal dan il-għan u awtentikata minn nutar pubbliku. Ma' kull nomina għandu jsir depożitu ta' €90.
Il-formoli tan-nomini tal-kandidati prospettivi jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali matul il-ġranet tan-nomini.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en