STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Malta Ġusta: Sussidju ta’ €12-il miljun biex jibqa’ stabbli l-prezz tad-dqiq u l-ġwież
B'investiment ta' tnax-il miljun ewro, reġgħet infetħet l-iskema temporanja li permezz tagħha l-gvern qed jaċċerta li jibqa' stabbli l-prezz tal-ħobż, id-dqiq u anke l-ġwież għall-annimali.
Dan ħabbru l-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, Anton Refalo waqt konferenza tal-aħbarijiet bit-tema Malta Ġusta, li matulha ġie spjegat kif dan is-sussidju, li diġà ngħata s-sena li għaddiet, huwa immirat għall-importaturi taċ-ċereali u d-dqiq għall-produzzjoni lokali.
“Bħala gvern, b'mod immedjat, rajna li għandna nkunu aħna li nerfgħu l-piżijiet li x-xena internazzjonali ġabet magħha. Malta, bħala gżira żgħira, ħasset dan l-impatt ħafna aktar minn pajjiżi oħra li huma akbar minna u li għandhom aktar riżorsi, anke minħabba l-insularità u d-daqs ta' pajjiżna. Għaldaqstant, qed nerġgħu nniedu din l-iskema, għaliex il-gvern huwa verament ġust maċ-ċittadini u kommess li jkompli jżomm il-prezz tad-dqiq u l-ġwież stabbli," temm jgħid il-Ministru Refalo.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jagħmel kuntatt mad-Dipartiment ikkonċernat billi jibgħat email fuq ruralaffairs.mafa@gov.mt. L-applikazzjonijiet se jintlaqgħu sa nofsinhar tal-15 ta' Jannar 2024.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en