STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jirreferi għall-istqarrija tal-Oppożizzjoni dwar in-negozjati b'rabta mal-ftehim settorjali għall-għalliema.
Il-Ministeru jinnota kif l-Oppożizzjoni qed terġa' tagħżel il-partiġġjaniżmu li ma jikkontribwixxi xejn lejn il-pajjiż f'mument bħal dan.
Din mhux l-ewwel darba li qed isir dan, tant li l-istess kelliem tal-Oppożizzjoni li ħareġ stqarrija llum, diġà fajjar ċifri li mhumiex minnhom fil-pubbliku.
B'rispett lejn il-proċess ta' negozjati, il-proposti b'saħħithom tal-Gvern saru lill-unjin tal-għalliema. Huwa għalhekk li filwaqt li l-Gvern jibqa' miftuħ għan-negozjati, dawn ma jistgħux isiru waqt l-azzjonijiet industrijali.
Fuq kollox il-Gvern poġġa mal-mejda proposta li tirrifletti dak li wiegħed b'żidiet sostanzjali għall-għalliema u għalhekk iħoss li t-tbatija tat-tfal b'dawn l-azzjonijiet mhux ġustifikata.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en