Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-AĠENZIJA GĦAS-SERVIZZI KORRETTIVI

pr231801
Date Icon 19/11/2023

Fit-8.38 ta' dalgħodu, persuna ta' 42 sena għamlet attentat biex tweġġa' lilha nnifisha. Dan ġie rrappurtat minn persuni oħra fl-istess diviżjoni, u seħħ ftit ħin wara li sar il-fall-in. 

Il-persuna ngħatat l-ewwel għajnuna fosthom dik medika minn mediċi, fejn immedjatament issejħet ambulanza li waslet fuq il-post fi ftit ħin u ħaditu Mater Dei.

Il-persuna kienet ilha ġewwa l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi ftit ġimgħat, u kienet ipprovduta għajnuna medika filwaqt li kienet mitkellma minn psikologu jumejn ilu.

L-Aġenzija għamlet rapport mal-pulizija u infurmata li nħatret inkjesta maġisterjali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow