Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA Budget ta’ €60 miljun għas-settur tal-Ġustizzja, żieda ta’ 21% mis-sena preċedenti u kważi erba’ darbiet aktar minn dak allokat taħt amministrazzjoni preċedenti

pr231778
Date Icon 13/11/2023

F'konferenza tal-aħbarijiet ġewwa l-Berġa d'Aragona, l-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard ħabbar il-proġett infrastrutturali tal-Qorti tal-Kriminal magħrufa bħala 'Il-Ferjol', u elenka numru ta' inizjattivi relatati mal-Budget għas-sena 2024, fejn għal sena oħra is-settur tal-Ġustizzja rreġistra żieda fil-budget.

Il-Ministru Attard spjega kif il-Qorti tal-Kriminal, b'investiment totali ta' 'l fuq minn €5 miljun, ser issarraf fi tlett awli mgħammra bl-aħħar teknoloġija, sigrieti tal-imħallfin u numru ta' uffiċini għal ħaddiema li jassistu lill-ġudikatura. Din il-binja ser ikun fiha wkoll ir-reġistru tal-Kriminal, kif ukoll kunċett innovattiv għal pajjiżna, dak ta' żona speċjalizzata għall-vittmi. Din l-area ser tkun aċċessibbli għall-vittmi biss u ser ikollha entratura differenti biex ikun assigurat l-aħjar protezzjoni possibbli.

Il-Ministru Attard tkellem ukoll fuq it-tisħiħ li qed isir fir-riżorsa umana f'kull entità fi ħdan il-Ministeru. L-Aġenzija għas-servizzi tal-Qorti llum tħaddem 500 ħaddiem, żieda ta' 32% meta mqabbla ma' qabel l-2013, 29 Court Attorney u 47 Assistent Ġudizzjarju, jiġifieri total ta' 76 avukat ingaġġati biex jassistu l-ġudikatura. L-Aġenzija tal-Għajnuna Legali wkoll ser tara żieda sostanzjali fejn se tkun qed tingaġġa 'l fuq minn 50 avukat u 9 prokuraturi legali, li jfisser 4 darbiet aktar minn dak ta' qabel l-2013. L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Avukat tal-Istat raw żieda kontinwa minn sena għall-oħra, u llum hemm total ta' 134 ħaddiem bejn iż-żewġ uffiċini, 3 darbiet aktar minn kemm kien hemm qabel l-2013. Saret ukoll l-akbar żieda ta' ġudikatura, fejn sal-aħħar tas-sena pajjiżna ser ikollu Prim Imħallef, 28 Imħallef u 29 Maġistrat.

Il-Ministru Jonathan Attard saħaq kif twettqu wkoll numru ta' proġetti infrastrutturali inkluż Awla addizzjonali fil-Qorti tal-Familja, installazzjoni ta' Document Cameras Diġitali, sabiex jintużaw fl-awli kollha sabiex il-ġudikanti jkunu jistgħu jiproġettaw dokumenti fl-Awla, inxtara u ġie installat tgħamir ta' video conferencing, kif ukoll ġie installat u qed tiġi operata sistema ġdida ta' Wi-Fi. Ħidma oħra li għaddejja b'ritmu mgħaġġel u waslet biex tiġi finalizzata hija dik relatata mal-awla ġdida tal-ġurijiet u t-tnedija ta' servizz tal-Help Desk ġewwa l-Qorti.

Il-Ministru Jonathan Attard saħaq kif l-allokazzjoni massiċċa fil-Budget 2024 għall-Ġustizzja hija prova ċara ta' kemm dan il-Gvern għandu fuq nett tal-aġenda tiegħu s-settur tal-Ġustizzja. “L-allokazzjoni ta' €60 miljun għas-settur tal-Ġustizzja, mhux biss ifisser żieda ta' 21% mis-sena 2023 iżda dik l-allokazzjoni hi ta' kważi erba' darbiet aktar minn dak allokat fi żmien amministrazzjoni preċedenti," temm jgħid il-Ministru Attard.

Indirizza wkoll il-konferenza is-Segretarju Permanenti Johan Galea fejn ta' analiżi dettaljata tal-allokazzjonijiet tal-budget tal-entitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, fejn spjega kif l-entitajiet fi ħdan il-Ministeru kollha rreġistraw żieda sostanzjali fl-allokazzjoni tal-budget tagħhom bl-għan li jkomplu bil-mixja lejn ġustizzja effiċjenti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA Budget ta’ €60 miljun għas-settur tal-Ġustizzja, żieda ta’ 21% mis-sena preċedenti u kważi erba’ darbiet aktar minn dak allokat taħt amministrazzjoni preċedenti
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow