Left arrow Go Back

STQARRIJA MIL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Malta Ġusta: Aktar minn 1,000 familja se tibbenefika mill-iskema għall-insulazzjoni tal-bjut u l-aperturi bil-ħġieġ doppju

pr231763
Date Icon 10/11/2023

Il-Ministeru għall-Enerġija jirdoppja l-allokazzjoni ta' din l-inizzjattiva popolari

Aktar minn 1,000 familja se jibbenefikaw mill-iskema ta' enerġija effiċjenti għall-insulazzjoni tal-bjut u l-installazzjoni t'aperturi bi ħġieġ doppju fi djarhom.

Waqt li kienet qed tħabbar din l-inizjattiva, il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli qalet li għal din is-sena, il-Gvern qed jirdoppja l-investiment tal-iskema għal €1 miljun, sabiex ikompli jappoġġja aktar użu effiċjenti fl-enerġija fid-djar f'Malta u Għawdex. Fl-2022, l-iskema Roof Insulation – Double Glazing (RIDG) b'allokazzjoni ta' €500,000 ttieħdet mill-ewwel, b'aktar minn 577 applikazzjoni fi ftit aktar minn xahar.

L-iskema RIDG, li titmexxa mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) hija miftuħa wkoll għal għaqdiet volontarji li m'għandhom l-ebda attività kummerċjali.

Din l-iskema tagħti sa 50% tal-ispiża eliġibbli għall-insulazzjoni tal-bjut jew l-aperturi bi ħġieġ doppju, sa massimu ta' €1,000 VAT inkluża. Familji u għaqdiet jistgħu japplikaw għal fondi biex jagħmlu dawn iż-żewġ sistemi ta' insulazzjoni termali f'daqqa, fl-istess skema.

Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li l-Budget 2024 qed jalloka aktar minn €133 miljun għat-transizzjoni enerġetika. Din l-allokazzjoni tinkludi l-estensjoni ta' diversi skemi, bħal dawk ta' REWS għall-installazzjoni ta' pannelli fotovoltajċi, sistemi ta' batteriji, heat pumps u solar water heaters, skemi għar-restawr tal-bjar u sistemi ta' purifikazzjoni tal-ilma, skemi ta' feed-in tariffs għal investimenti f'sistemi t'enerġija rinnovabbli akbar u ħafna inizzjattivi oħrajn.

Fl-2024, l-iskema tant popolari għall-installazzjoni ta' pannelli fotovoltajċi u batteriji fid-djar tal-familji se tiġi estiża b'investiment ta' €4.8 miljun. B'hekk ser tipprovdi fondi għal aktar minn 1,800 familja.

“Nemmnu li l-poplu huwa l-protagonist tat-transizzjoni ambjentali lejn in-newtralità fil-klima. Il-viżjoni tal-Gvern hija li nipprovdu kemm jista' jkun appoġġ lill-familji u lin-negozji biex jimxu f'din id-direzzjoni. Sena wara l-oħra, qed insaħħu skemi differenti biex nagħmlu din it-transizzjoni eħfef għal kulħadd," qalet Miriam Dalli.

L-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta' REWS Marjohn Abela spjega li l-applikazzjonijiet għall-iskema Roof Insulation – Double Glazing se jintlaqgħu bejn it-Tnejn, 13 ta' Novembru 2023 u l-Ħadd, 31 ta' Diċembru 2023 jew sakemm il-fondi jiġu assorbiti. Il-formoli tal-applikazzjonijiet online u l-linji gwida tal-iskema jinsabu fis-sit www.rews.org.mt. Applikanti prospettivi jistgħu ukoll iċemplu lis-servizz t'għajnuna tal-Gvern Servizz.Gov fuq 153, għal aktar għajnuna.

Is-suppliers jistgħu jirreġistraw il-prodotti tagħhom mil-lum permezz ta' email li trid tintbagħat lir-Regolatur fuq enquiry@rews.org.mt.

STQARRIJA MIL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Malta Ġusta: Aktar minn 1,000 familja se tibbenefika mill-iskema għall-insulazzjoni tal-bjut u l-aperturi bil-ħġieġ doppju
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow