STQARRIJA MINN FESTIVALS MALTA Jum it-Tifkira – Il-Ħadd, 12 ta’ Novembru, 2023
Festivals Malta, permezz tal-Kumitat Festi Nazzjonali, ifakkar il-vittmi taż-żewġ Gwerer Dinjiji nhar il-Ħadd, 12 ta' Novembru 2023 fl-okkażjoni magħrufa bħala Jum it-Tifkira.
Għal din l-okkażjoni ser tkun konċelebrata quddiesa fil-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta fid-9:30 ta' filgħodu. Din se tkun immexxija mill-Monsinjur Charles J. Scicluna – Arċisqof ta' Malta. L-istess quddiesa ser tixxandar b'mod dirett fuq TVM.
Qabel il-quddiesa, il-President ta' Malta jispezzjona l-Gwardja tal-Unur mill-Forzi Armati ta' Malta, bis-sehem tal-Banda tal-Forzi Armati.
Wara l-quddiesa, fil-10:40 ta' filgħodu, issegwi ċ-ċerimonja ta' tifkira ħdejn il-Monument tal-Gwerra, fil-Furjana. Matul din iċ-ċerimonja jitqiegħdu kuruni tal-fjuri mal-Monument tal-Gwerra mill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż u persuni distinti oħra.
Il-Forzi Armati ta' Malta flimkien ma' organizzazzjonijiet oħra jiffurmaw flimkien Gwardja tal-Unur għal matul iċ-ċerimonja tat-tqegħid tal-kuruni.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en