Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Reviżjoni tar-Reġistru Elettorali għall-Elezzjoni Ġenerali

pr231756
Date Icon 09/11/2023

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar lil kull min kien kwalifikat biex ikun reġistrat bħala votant fit-30 ta' Settembru, 2023, dwar l-importanza li jiġu vverifikati li l-isem u l-partikolaritajiet qed jidhru fir-reġistru elettorali rivedut ippubblikat fl-24 ta' Ottubru, 2023.

Dawk il-persuni li saru ċittadini ta' Malta b'naturalizzazzjoni jew b'reġistrazzjoni u dawk li għandhom ċertifikat ta' ċittadinanza doppja għandhom id-dritt ikunu reġistrati bħala votanti f'dan ir-reġistru jekk, fit-30 ta' Settembru, 2023, kellhom il-kwalifiki meħtieġa skont il-Kostituzzjoni ta' Malta u skont l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap. 354).  Għalhekk, dawn il-persuni huma mħeġġa jivverifikaw li jidhru bħala votanti fl-imsemmi reġistru.

Min ma ġiex inkluż f'dan ir-reġistru, avolja ma jkunx għamel applikazzjoni qabel lill-Kummissjoni Elettorali għal dan il-għan, jew li xi partikolaritajiet tiegħu kif jidhru fir-Reġistru jenħtieġu korrezzjoni, jista' jippreżenta appell lill-Uffiċjal Reviżur sa nhar it-Tlieta l-14 ta' Novembru, 2023, sabiex jitlob li ismu jiddaħħal f'dan ir-reġistru. Kull min jixtieq jippreżenta appell jista' jikseb għajnuna mill-Uffiċċju Elettorali, Ex Trade Fair Grounds, In-Naxxar jew mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow