Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Malta Ġusta: Investiment favur l-anzjani

pr231748
Date Icon 07/11/2023

Jitlesta proġett ieħor b'investiment ta' €1 miljun li qed jara, għal darb'oħra, titjib fil-kwalità tal-ħajja tal-anzjani f'San Vinċenz, ħabbar il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela waqt konferenza tal-aħbarijiet.


B'dan il-proġett, is-sodod f'San Vinċenz issa kollha jaħdmu bl-elettriku u huma ħafna iżjed komdi, siguri u effiċjenti għall-anzjani li għandhom problemi ta' mobilità. 


Il-Ministru Jo Etienne Abela spjega li dan il-proġett qed ikompli juri t-titjib fil-kwalità tal-ħajja li qed joffru lill-anzjani. Permezz ta' dawn is-sodod, mhux biss ser ikun qed jgħin l-anzjani fil-mobilità tagħhom, imma wkoll ser jgħin lill-professjonisti fix-xogħol tagħhom ta' kuljum.


Il-Ministru Abela tkellem ukoll dwar il-miżuri li l-gvern ippreżenta fil-Budget 2024. “L-anzjani kienu fiċ-ċentru ta' budget ieħor b'saħħtu u soċjalist. L-anzjani raw l-ogħla żieda fl-istorja fil-pensjonijiet, ta' €15 fil-ġimgħa, fejn ser tkompli tgħinhom finanzjarjament fil-ħajja tagħhom," tenna l-Ministru Abela.


Huwa kompla jispjega li f'dak li jirrigwarda investiment għall-anzjani fil-komunità, ser ikomplu joffru aktar servizzi u miżuri li bihom jgħinu lill-anzjani li għadhom jgħixu fi djarhom, fosthom ser ikomplu jtejbu l-iskema ta' Carer at Home fejn ser jgħinu anzjani li għadhom jgħixu fil-komunità u għandhom bżonn assistenza. Il-gvern ser ikun qed iżid din il-miżura b'€1,000 oħra għal €8,000 fis-sena.


Il-Ministru Abela semma wkoll li f'San Vinċenz, li huwa l-ikbar residenza li għandna f'pajjiżna, il-gvern ser ikompli jinvesti biex jara li din ir-residenza jkompli jkollha l-ogħla livell ta' kwalità. Hu spjega li ser ikompli jsir xogħol ta' rinnovar fis-swali. Semma wkoll li ser isir xogħol ta' immodernizzar fis-swali St Francis 1 u 2 b'investiment li jilħaq €1.6 miljun. Dan ir-rinnovar ser ikompli jtejjeb il-ħajja tar-residenti li jinsabu f'dawn is-swali.


Kompla jgħid li fix-xhur li ġejjin ser ikomplu l-proċess ta' tkabbir fis-servizz mediku li jiġi offrut f'San Vinċenz. Ser ikun qed jitlesta t-tieni sular li ser jara żvilupp tal-farmaċija u ser ikomplu jinvestu f'apparat mediku. Dan ser ikompli joffri l-ogħla kura ta' kwalità li r-residenti jingħataw f'San Vinċenz stess kif ukoll ser ikunu qed jinvestu f'numru ta' kliniċi ġodda li ser joffru kura wkoll lin-nies li għadhom jgħixu fil-komunità. Il-ministru semma wkoll il-proġett li diġà bdew ix-xogħlijiet fuqu, dak ta' Therapeutic Farm and Recreation Centre.


“Dawn l-investimenti jkomplu juru l-ħidma li l-gvern qed iwettaq fis-settur tal-anzjani, u juri kemm l-anzjani huma fiċ-ċentru tal-ħidma tagħna li jkomplu jingħataw l-ogħla servizz possibbli", temm jgħid il-Ministru Jo Etienne Abela.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Malta Ġusta: Investiment favur l-anzjani
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Malta Ġusta: Investiment favur l-anzjani
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Malta Ġusta: Investiment favur l-anzjani
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow