Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI

pr231706
Date Icon 28/10/2023

Il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali jikkonferma li mhu se tiġi żviluppata ebda marina f'Sally Port.

Dak li kien ġie preżentat minn Transport Malta tliet snin ilu kien jaħseb biss għal riorganizzazzjoni tal-irmiġġi eżistenti fil-Kalkara, u ma kellu xejn x'jaqsam mat-tabelli li twaħħlu u li saru biss għall-fini tas-sigurtà ta' saħħet in-nies u għall-ebda għan ieħor. 

Għalhekk, il-Ministeru jikkonferma li m'hemm ebda konnessjoni bejn it-tabelli mwaħħla minn Infrastructure Malta fiż-żona ta' Sally Port, u dak li ngħad dwar xi marina ġdida, hekk kif m'hemmx u mhux se jkun hemm ebda pjan f'dan is-sens, u għalhekk ma hemm ebda lok għal spekulazzjonijiet.

Fil-Birgu tlestew ix-xogħlijiet li taw ħajja ġdida lill-mollijiet fl-inħawi ta' Sally Port, bi promenade ġdid li se jkompli jestendi l-passaġġi pedonali max-xtut tal-Kottonera. Dan biex jitgawdew mill-pubbliku. 

Dawn il-mollijiet, b'tul ta' madwar sitt grawnds tal-futbol (600 metru) jinsabu fiż-żona magħrufa bħala Sally Port jew “It-Toqba", taħt is-swar tal-Birgu u mal-ġenb tax-xatt tal-Kalkara. 

Ħafna partijiet mill-istrutturi tal-mollijiet kienu tfarrku u ġarrbu ħsarat kbar bil-maltemp matul is-snin. Uħud spiċċaw f'riskju li jċedu, b'periklu kbir għall-pubbliku.

Wara li sar dan ix-xogħol, Infrastructure Malta kkummissjonat post-construction stage health and safety risk assessment u kien għalhekk biss li twaħħlu tabelli b'ċerti twissijiet biex jiġu evitati korrimenti.

L-aġenzija hija kommessa li tkompli ssaħħaħ l-infrastruttura marittima bħalma għamlet fl-aħħar snin fosthom b'investiment ta' €5 miljun fl-inħawi ta' Sally Port u dan biex jitgawda mill-pubbliku. 

Infrastructure Malta bniet mill-ġdid il-partijiet li tkissru, filwaqt li permezz ta' tim t'għaddasa, irranġat partijiet oħra mill-istrutturi tal-moll taħt l-ilma.

It-tisbiħ ta' dawn il-mollijiet saru b'kollaborazzjoni mal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow