Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Donazzjoni ta’ 800 ktieb lil Malta Libraries immirati l-aktar għall-qarrejja ċkejknin Ukreni

pr231705
Date Icon 28/10/2023

Il-kumpanija speċjalizzata fl-Informatika EPAM Systems, b'kollaborazzjoni mal-Konsulat tal-Ukrajna f'Malta, taw donazzjoni ta' 800 ktieb bil-lingwa Ukrena lil Malta Libraries bil-għan li dawn ikunu jistgħu jitgawdew minn qarrejja ċkejknin u ta' etajiet differenti Ukreni.

Min-naħa tagħha Malta Libraries ipproċessat u ikkatalogat dawn il-kotba mil-librara tagħha u ser tara li dawn jitqassmu fil-Libreriji Ċentrali ta' Malta u Għawdex, kif ukoll f'dawk Reġjonali tal-Mosta u ta' Birkirkara fejn ser jiġu maħluqa sezzjonijiet dedikati għal-lingwa Ukrena speċifikament.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali Owen Bonnici qal li minn mindu bdiet il-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna, miljuni ta' Ukreni ġew sfurzati jaħarbu minn pajjiżhom minħabba l-gwerra u ħallew warajhom dak kollu li kien għal qalbhom.  Huwa qal li iktar minn 1,000 ċittadin Ukren waslu Malta, fil-maġġor parti tagħhom nisa u tfal.

Il-Ministru Bonnici kompla jgħid li bis-saħħa ta' din l-inizzjattiva maħsuba l-aktar għat-tfal Ukreni, qed jintbagħat sinjal b'saħħtu ħafna ta' solidarjetà u appoġġ.

Min-naħa tagħha, Erika Quinn għan-nom ta' EPAM System Malta sostniet li wara li l-kumpanija ddiskutiet fit-tul dwar x'tista' tagħmel biex tkun ta' sapport għal dawk li qed jibdew jibnu ħajja ġdida hawn Malta, ħadu d-deċiżjoni li jagħtu dawn il-kotba sabiex jgħinu lit-tfal isostnu l-konnessjoni ma' art twelidhom.

Għall-attività kien hemm preżenti wkoll Cheryl Falzon, Kap Eżekuttiv ta' Malta Libraries li faħħret din l-inizjattiva u esprimiet l-appoġġ tagħha għal dan il-ġest sabiħ.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Donazzjoni ta’ 800 ktieb lil Malta Libraries immirati l-aktar għall-qarrejja ċkejknin Ukreni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Donazzjoni ta’ 800 ktieb lil Malta Libraries immirati l-aktar għall-qarrejja ċkejknin Ukreni
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow