Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Ftehim kumplimentat b’investiment kapitali favur il-ħaddiema u l-komunità

pr231703
Date Icon 28/10/2023

Il-membri tal-Korp tal-Pulizija laqgħu b'mod pożittiv il-ftehim settorali li ġie ffirmat bejn il-Gvern u ż-żewġ unjins rappreżentanti tal-ħaddiema fil-Korp.

Waqt żjara fl-għases ta' Bormla u Raħal Ġdid, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri ltaqa' ma' bosta Pulizija fosthom dawk tal-Komunità u tad-Distrett fejn spjega kif dak imwiegħed qed jitwettaq permezz ta' investiment fl-aqwa riżors li għandna, il-ħaddiem. Dan bħala parti mill-investiment ukoll favur is-sigurtà tal-komunitajiet Maltin u Għawdxin. Il-Ministru Camilleri fisser il-ftehim iffirmat anki fil-preżenza tal-Prim Ministru Robert Abela u s-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana, bħala wieħed importanti favur kundizzjonijiet u pagi aħjar flimkien ma' drittijiet ġodda għall-Pulizija.

Is-Surġent Daniela Micallef, li taħdem bħala Pulizija tal-Komunità, qalet li dan il-ftehim ifisser ħafna għal uffiċjali kollegi tagħha għaliex ikompli jżid il-motivazzjoni fost il-Pulizija li qed jaraw iżjed apprezzament dwar xogħolhom mill-komunità.

Il-Ministru Camilleri aċċenna li ma' dan il-ftehim settorali ġdid għaddejja nefqa f'investiment kapitali li qatt ma sar bħalu qabel fil-Korp tal-Pulizija. Fl-aħħar snin 'il fuq minn €15-il miljun kienu mħaddma fi proġetti ġodda, fejn il-Pulizija baqgħet jkollha l-aqwa riżorsi fil-qadi ta' dmirijietha ta' kuljum, flimkien ma' uniformijiet ġodda u ambjent tajjeb li taħdem minnu. Dan apparti li l-Gvern implimenta żewġ inizjattivi ġodda importanti b'rabta maż-żieda fil-pensjoni tas-servizz, kif ukoll serħan il-moħħ lil ħaddiema tas-servizz billi ġiet implimentata wkoll il-pensjoni tas-servizz għar-romol tal-uffiċjali.

“L-irwol tal-Pulizija jibqa' wieħed importanti fis-soċjetà tagħna, kemm fiż-żamma tal-ordni, kif ukoll fis-servizz għan-nies", temm jgħid il-Ministru Byron Camilleri hu u jinnota li l-ftehim settorali laqat b'mod pożittiv lil madwar elfejn membru tal-Korp tal-Pulizija li jaħdmu b'dedikazzjoni liema bħalha f'oqsma differenti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Ftehim kumplimentat b’investiment kapitali favur il-ħaddiema u l-komunità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Ftehim kumplimentat b’investiment kapitali favur il-ħaddiema u l-komunità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Ftehim kumplimentat b’investiment kapitali favur il-ħaddiema u l-komunità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow