AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
B'referenza għall-istqarrija għall-istampa numru PR231638, datata 20/10/2023 u skont id-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq javża li wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar tul dawn l-aħħar jiem, iż-żona tal-għawm fis-sit indikat hija mill-ġdid tajba għall-għawm u għalhekk l-avviż biex ma jsirx għawm f'din iż-żona qed jiġi rtirat.
| Kodiċi tas-sit: | D01 |
| Lokalità: | Xatt l-Aħmar, Għajnsielem |

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333/ 22156500 jew email – wrau.ehd@gov.mt jew gozo.ph@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en